Mahatma Gandhi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 1 langlinks, now provided by Wikidata on d:Q1001
Linja 16:
Gandhi sar avukat fl-1891 u mar l-[[Indja]] fejn skopra li ommu kienet mietet meta hu kien għadu [[Londra]]. Ipprova jipprattika l-liġi f'Bombay imma bla suċċess. Ipprova jidħol għalliem imma għalxejn. Sentejn wara, aċċetta kuntratt ta' sena minn studju legali Indjan, Dada Abdulla & Co., fil-kolonja ta' Natal, fl-Afrika t'Isfel, li dak iż-żmien kienet ukoll parti mill-Imperu Brittaniku.
 
== Il-Moviment tad-Drittijiet Ċivili fl-Afrika t’Isfel (1893–1914) ==
 
Gandhi qatta’ 21 years fl-Afrika t’Isfel, fejn żviluppa l-ideat politiċi u l-etika tiegħu, u l-ħiliet ta’ tmexxija. L-Indjani tal-Afrika t’Isfel kienu mmexxija minn Musulmani għonja, li impjegaw lil Gandhi bħala avukat, u minn ħaddiema Indù, u dawn kellhom drittijiet limitati. Fl-Afrika t’Isfel, Gandhi esperjenza d-diskriminazzjoni li kien hemm lejn il-persuni kollha li ma kinux bojod. F’Pietermaritzburg tefgħuh barra mill-ferrovija għax ma riedx jiċċaqlaq mill-vagun tal-ewwel klassi. Ipprotesta u l-għada ħallewh. Xufier ta’ kowċ sawtu għax ma riedx iċedi postu lil wieħed Ewropew. Ħafna lukandi ma aċċettawhx. Maġistrat fil-qorti ta’ Durban ordnalu jneħħu t-turbant u hu ma aċċettax.
 
Dawn il-ġrajjiet kienu punt ta’ żvolta f’ħajjet Gandhi u ġagħluh jirrealizza l-inġustizzji soċjali. Huwa dam iktar milli kien pjanat fl-Afrika t’Isfel biex jgħinu lill-Indjani jiġġieldu liġi li ma tħallihomx jivvutaw. Għalkemm m’għaddietx tiegħu iżda rnexxielu jiġbed l-attenzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-Indjani fl-Afrika t’Isfel. Huwa għaqqad il-komunità Indjana flimkien meta waqqaf in-Natal Indian Congress fl-1894. Fl-1897, meta Gandhi wasal Durban, folla settlers bojod attakkatu u ħelisha biss għax daħlet għalih mart is-supretendent tal-pulizija. Iżda per prinċipju ma ħarrek lil ħadd minn dawk li assaltawh.
 
Fl-1906, il-gvern ta’ Transvaal għadda liġi li biha l-Indjani kienu obbligati jirreġistraw ruħhom. Gandhi beda jħaddem l-idea tiegħu ta’ protesta non-vjolenti billi ħeġġeġ lill-Indjani jisfidaw dik il-liġi u jkunu lesti jsofru biex jagħmlu dan. L-Indjani aċċettaw u damu seba’ snin isofru ħabs, swat u anke qtil għax ma ridux jirreġistraw jew għax ħarqu r-registration cards. Minkejja li l-Gvern irripressahom, tant qala’ kritika li l-mexxej tal-Afrika t’Isfel Jan Christiaan Smuts, kien imġiegħel jinnegozja kompromess ma’ Gandhi.
 
 
[[Kategorija:Indja]]