Ġużè Bonnici: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Image:guzebonnici.jpg|thumb|Ġużè Bonnici]]
 
'''Ġużè Bonnici''' ([[Valletta]], 14 ta' Awwissu [[1907]] - 6 ta' Ottubru 1940) kien politiku u awtur.
 
Bin Pawlu u Ġovanna mwielda Debono, it-tnejn Għawdxin, Ġużè Bonnici twieledkien ilit-Belttieni wild [[Valletta]]tagħhom. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Belt, is-Seminarju t'[[Għawdex]] u l-Università ta' Malta minn fejn ġab il-B.Sc. u Ph.C. fl-1927. Fl-1931 sar tabib. Inħatar Kap tad-Dipartiment fl-Isptar Ċentrali. Fl-1934 iżżewweġ lil Evelyn Testa u kellu tliet ulied.
 
==Politika==
 
Ġużè Bonnici sar delegat tal-[[Partit Laburista]] fl-1926, ħames snin wara t-twaqqif tiegħu. Daħal fl-Eżekuttiv fl-1928. Fl-1931 ħareġ il-ktieb ''L-Istorja tal-Partit tal-Ħaddiema'', fuq l-ewwel għaxar snin tal-Partit. Qatt ma kkontesta l-elezzjonijiet ġenerali, forsi għax miet ħesrem fl-età ta' 33 sena.
 
==Ħidma għall-Ilsien Malti==
 
Ġużè Bonnici kien wieħed mill-fundaturi u l-ewwel President tax-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti. Fl-1931 waqqaf l-[[Għaqda tal-Malti (Università)]] ma' sieħbu [[Rużar Briffa]], it-tnejn studenti tal-Mediċina, bil-għan li l-Malti jingħata l-prestiġju li jistħoqqlu fl-Università. Bdew ukoll il-pubblikazzjoni ''Leħen il-Malti''. Fl-1938 beda jippubblika ''Ġabra ta' Kitba Maltija'', minn Dar tal-Pubblikazzjoni Excelsior li bedakien huxtara stessminn butu fil-Belt, Triq Sant'Ursula, u f'sentejn ħareġ tnax-il ktieb, bl-għajnuna tal-Kaptan A.V.Laferla, il-Professur [[Pietru Pawl Saydon|Saydon]] u [[Ġużè Chetcuti]]. F'din is-sensiela kien hemm ''Anġli tan-Niket'' ta' [[Ġino Muscat Azzopardi]], ''Taħt Tliet Saltniet'' ta' [[Ġużè Aquilina]], ''Leli ta' Ħaż-Żgħir'' ta' [[Ġużè Ellul Mercer]], ''San Ġwann'' ta' [[Ġużè Galea]], ''Is-Salib tal-Fidda'' ta' [[Wistin Born]] u r-rumanzi tiegħu stess ''Il-Qawwa tal-Imħabba'' u ''Ħelsien''. Stampa ukoll tliet kotba bil-poeżiji ta' [[Dun Karm Psaila|Dun Karm]].
 
Kiteb ir-rumanzi:
Line 15 ⟶ 17:
* '''Il-Qawwa tal-Imħabba''' (1938)
* '''Ħelsien''' (1940)
* '''Lejn ix-Xemx''' (1974)
 
Kiteb ukoll:
* '''L-Istorja tal-Partit tal-Ħaddiema''' (1931)
* '''It-Trobbija tat-Tfal''' (1932)
* '''Il-Ġmiel ta' Ġisimna''' (1939) - ġabra ta' artikli fuq is-saħħa li kien kiteb f' ''Il-Berqa''
 
''Ġuzè Bonnici : ħidmietu u kitbietu'' hi teżi tal-Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) li Nora Sammut għamlet fl-[[Università ta' Malta]] fl-1974.
 
Fl-1990 ġie stampat id-dramm tiegħu ''Imħabba aktar mill-Ħajja''. Fl-2007, f'għeluq il-100 sena minn twelidu, l-Għaqda tal-Malti - Università ħarġet ''In-Novelli'', in-novelli miġbura ta' Ġużè Bonnici.
 
{{DEFAULTSORT:Bonnici, Ġużè}}