Joseph Muscat: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 153:
Nhar il-11 ta' Settembru 2013, iffirma ftehim importanti ieħor maċ-Ċina li din tinvesti fil-qasam tal-enerġija f'Malta, fosthom permezz ta' investment dirett fl-Enemalta, bil-possibilità wkoll li titwaqqaf kumpanija li tgħaqqad il-panelli solari Ċinizi għall-Ewropa f'Malta u li Malta tintuża bħala ċentru minn fejn iċ-Ċina tagħmel servicing ta' power stations li għandha fil-Mediterran. Permezz ta' dan il-ftehim, Malta se jkollha kumpanija kbira miċ-Ċina, li hija t-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja, bħala msieħba strateġika tagħha.
 
Fil-qasam edukattiv, il-Gvern iffirma ukoll ftehim li permezz tiegħu studenti Maltin jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fiċ-Ċina u studenti Ċiniżi jistgħu jsegwu korsijiet fl-Universita' ta' Malta. Laħaq ukoll ftehim mal-Gvern Żvizzeru li permezz tiegħu Malta tpoġġiet fil-lista ta’ pajjiżi li r-residenti tagħhom saru eleġibbli għal ‘scholarships’ mill-Gvern Żvizzeru għal ‘post graduate studies’ u riċerka fl-Iżvizzera. Ingħataw scholarships fl-arti lil 11-il student. Ittieħdet id-deċiżjoni li ċ-children’s allowance ta' Settembru tingħata kmieni fix-xahar, biex b’hekk il-familji jkollhom biex iħallsu għall-ispejjeż marbutin mal-edukazzjoni, wara suġġeriment ta' omm partikulari.
 
Fil-qasam tas-saħħa, il-Gvern alloka €3.6 miljun biex jin­xtara apparat ġdid għall-Isptar Ġe­nerali ta’ Għawdex. Alloka wkoll €3.4 miljun biex jinxtara apparat relatat mal-‘iscreening’. Alloka €8.4 miljun biex jinbnew żewġ swali ġodda fl-Isptar Mater Dei bi 68 sodda, li fihom se jilqgħu pazjenti li jkunu daħlu f’sitwazzjoni akuta. Infetħet klinika ghal individwi Down Syndrome fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara. Tnieda t-tender sabiex ikun provdut is-servizz tal-IVF fl-isptar Mater Dei.