Kon-Katidral ta' San Ġwann: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 5:
 
[[Stampa:HsaraKonKatidral.JPG|thumb|250px|San Ġwann jeħlisha għal ftit minn ħsara serja mill-bombi tul it-Tieni Gwerra Dinjija]]
Dan il-bini dam 5 snin jimbena u allura spicca fl-1577. Gran Mastri u Kavalieri tal-Ordni taw rigali ta' siwi artistiku kbir u taw kontribuzzjonijiet enormi biex biss b'xogħlijiet tal-arti li kienu tal-ogħla livell mill-aqwa [[artisti]] li setgħu sabu dak iż-żmien. Il-faċċata sempliċi, li għandha kampnar kbir fuq kull naħa, hija awstera u għandha l-karattru ta' fortizza li jirrifletti l-istat sobriju tal-Ordni wara l-Assedju l-Kbir. In-navata hija twila 53 metru u wiesgħa 15-il metru u għandha kappelli tal-ġenb fuq kull naħa. Dawn il-kappelli kienu assenjati lid-diversi lingwi skont l-anzjanità. Il-lingwi ta' [[Franza]], l-[[Italja]] u [[Aragona]], li kienu predominanti, tqiegħdu l-aktar qrib l-altar.
 
Kif it-tbexbix tas-seklu 17 daħħal l-istil Barokk ġdid, il-[[Gran Mastru Cotoner]] ordna d-dekorazzjoni tal-knisja minn ġewwa. Il-[[Kavallieri]] kienu ħerqana li jħabbtuha mal-knejjes kbar ta' [[Ruma]] u l-karattru pompuż u dimostrattiv tal-era tahom materjal kemm riedu biex jagħmlu dan. L-artist Kalabriż Mattia Preti, li kien ikkummissjonat b'dan ix-xogħol, bidel ġewwa f'ċelebrazzjoni ta' arti Barokka. Huwa l-kuntrast bejn il-faċċata sempliċi u sobrija tal-binja mal-karattru festiv ta' ġewwa li jagħmel lil San Ġwann monument daqstant uniku.