Michelangelo Merisi da Caravaggio: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 70 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q42207
No edit summary
Linja 14:
Caravaggio beda jxellef difrejh mal-ġustizzja. Insibu li sawwat pittur, fera suldat, tefa' l-ġebel lill-gwardjani Rumani, inqabad bl-armi fuqu, kellu xi jgħid minħabba l-maħbuba tiegħu u fl-aħħar, fl-1606 qatel lil Ranuccio Tomassoni. Allura kellu jaħrab minn Ruma.
 
Caravaggio l-ewwel mar [[Napli]] imbagħad [[Malta]]. Il-[[Alof de Wignacourt|GranmastruGran Mastru Wignacourt]] innota l-ġenju tal-pittur. Laqgħu bl-unuri kollha ta' xi ħadd famuż. L-ikbar biċċa xogħol ta' Caravaggio f'Malta tibqa' l-"QTUGH IR-RAS TA' SAN ĠWANN IL-BATTISTA". Fl-1608 il-Kavallieri ta' Malta għamluh Kavallier tal-Ġustizzja. Caravaggio reġa' spiċċa arrestat mill-Kavallieri. Ma nafux għaliex. Jew reġa' għamel xi ħaġa gravi jew inkella xi ħadd informa lill-Kavallieri bil-passat kriminali tiegħu. Allura Caravaggio reġa' ħarab. Mar [[Sqallija]], [[Messina]] imbagħad [[Palermo]] fejn kompla jpitter.
 
Il-Papa biss seta' jaħfer lil Caravaggio biex dan ikun jista' jerġa' jibda jgħix mingħajr il-biżgħa li jkun arrestat. Xi ħadd qabeż għal Caravaggio quddiem il-Papa. Il-maħfra tal-Papa waslet tlett ijiem wara l-mewt ta' Michelangelo Merisi di Caravaggio.