Sqallija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 34:
Sqallija hija ta' sikwit deskritta bħala eżempju ċar ta' deforestazzjoni umana, li kienet ipprattikata sa miż-żminijiet Rumani, meta l-gżira ġiet ittrasformata f'reġjun agrikolu. Dan il-fattur beda jbiddel il-klima tal-gżira bilmod il-mod, infatti bdiet nieżla inqas xita u x-xmajjar bdew jinxfu. Din hija r-raġuni 'l għala m'hemmx foresti fil-provinċji taċ-ċentru u tal-ilbiċ. Fit-tramuntana ta' Sqallija wieħed jista' faċilment jilloka tliet foresti importanti. ħdejn il-vulkan Etna, il-muntanji Nebrodi u fir-riserva naturali tal-bosk tal-Ficuzza ħdejn Palermo. Il-park reġjonali tal-muntanji Nebrodi, li ġie stabbilit fl-4 ta' Awwissu tal-1993, bis-86,000 etteri huwa kkunsidrat bħala l-ikbar żona naturali u protetta ta' Sqallija, hawnhekk wieħed jista' jsib ukoll l-ikbar foresta ta' Sqallija, li jisimha l-foresta Karonja, li huwa t-tieni isem li ġie mogħti lill-muntanji Nebrodi. L-ixjaħ siġra li tinsab fuq din il-gżira ċentrali għandha bejn l-2000 u l-4000 sena, din is-siġra tinsab fuq it-triq ta' Linguaglossa f'Sant'Alfio lejn l-lvant tal-vulkan Etna.
 
Sqallija għandha livell tajjeb ta' Bijodiversità fawnali, Ftit mill-ispeċi li jabitaw fuqha jinkludu: Iċ-Ċirneku tal-Etna, il-volpi, il-ballotra ż-żgħira, il-martora tal-arżnu, iċ-ċerva Roe, il-ħanżir salvaġġ, il-Qanfud, Iż-Żrinġ komuni, l-Ajkla dehbiena u l-Falkun. Kultant Sqallija hija kkunsidrata bħala l-punt fejn bosta speċi huma ristretti milli jemigraw lejn bnadi oltrè. Per eżempjuPereżempju, is-sotto-speċi taċ-ċawla tal-barnuża tirrikorri fi Sqallija, f'Sardinja u f'Korsika biss, infatti din l-ispeċi partikolari ma ssibiex kieku kellek tfittex f'dawk il-pajjiżi li jinsabu lejn in-nofsinhar ta' din il-gżira ċentrali. Ir-riserva naturali ta' Zingaro hija waħda mill-aqwa eżempji ta' abbissi kostali li għadhom ma ġewx mimsusa mill-bniedem.
 
==Storja==