Emiliano Insúa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 46:
== Karriera ==
 
Insúa beda l-karriera tiegħu mat-tim ġovanili ta' Pinocho fl-[[Arġentina]], fejn wara ngħaqad mat-tim ta' [[Boca Juniors]]. Minkejja li ma rnexxielux jiżblokka ruħu fl-ewwel tim f'[[La Bombonera]], hu xorta waħda attira l-attenzjoni ta' [[Liverpool FC|Liverpool]]. Id-difensur qabel li jiġi msellef għal tmintax-il xahar mal-klabb ta' [[Mersyeside]] fit-28 ta' Novembru 2006, fejn dan il-perjodu beda f'Jannar ta' wara. Id-debutt tiegħu mal-ewwel tim wasal fit-28 ta' April 2007 kontra [[Portsmouth FC|Portsmouth]]. Madanakollu, hu deher bsisbiss darbtejn fil-kampjonat.
 
Il-perjodu ta' self inqaleb għal wieħed permanenti f'Awwissu tal-2007, fi qbil li ra lill-kompatrijott [[Gabriel Paletta]] jingħaqad ma' Boca. Il-prestazzjonijiet tiegħu impressjonaw biżżejjed lill-kowċ [[Rafael Benítez]] li offrielu kuntratt ġdid ta' tliet snin, fit-2 ta' Lulju 2008. Insua ingħata n-numru 22 għall-istaġun [[Premier League 2008–09|istaġun 2008–09]], fejn minkejja li ftit kellu ċans jimpressjona mal-ewwel tim, hu rnexxielu jirbaħ flimkien mat-tim tar-Riservi, il-kampjonat tal-istess kategorija. Il-fatt li [[Fábio Aurélio]] kien qiegħed ibati minn problemi fiżiċi u l-forma diżappuntanti ta' [[Andrea Dossena]], Insua ingħata l-opportunità li jagħmel tiegħu l-pożizzjoni bħala difensur xellugi. Hu rnexxielu jokkupa din il-pożizzjoni wkoll għall-bidu tal-[[Premier League 2009–10|istaġun 2009–10]], fejn għeleb il-konkorrenza ta' Aurélio u Dossena.