Sqallija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Sicilian Flag.svg|thumb|250px|Bandiera ta' Sqallija]]
'''Sqallija''' (''Sicilia'') hija l-ikbar gżira fil-[[Baħar Mediterran]], flimkien mal-gżejjer minuri tal-madwar. Din il-gżira hija awtonoma però tifforma parti mill-peniżola Taljana, allura nistgħu ngħidu li tista' titqies bħala wieħed mir-reġjuni tal-Italja minkejja l-fatt li hija gżira b'kultura kemxejn differenti. Sqallija tinsab fiċ-ċentru tal-baħar Mediterran, il-gżira testendi mill-ponta tal-peniżola ta' Apennini, li hija separata biss mit-triq id-dejqa li taqsam il-lokalità ta' Messina, u tibqa' sejra lejn il-kosta tat-tramuntana tal- kontinent Afrikan.
 
L-iktar aspett monumentali ta' dan il-pajjiż huwa mingħajr ebda dubju, il-vulkan tal-Etna, li huwa 3,320 metru 'l fuq mil-livell tal-art, vulkan grandjuż li jġorr it-titlu bħala l-iktar vulkan attiv fl-Ewropa u fid-dinja. Il-gżira tipposjedi klima tipikament Mediterranja. L-eqdem evidenza arkeoloġika ta' abitazzjoni umana tmur lura għat-8,000 sena QK. Madwar is-sena 750 QK, Sqallija saret kolonja Griega u hija fruntiera li rat bosta battalji storiċi, hawnhekk qiegħed nirreferi direttament għall-gwerer Griegi-Puniċi u Rumani-Puniċi li ġew miġġielda tul medda ta' 600 sena. Il-vittorja ta' dawn il-gwerer Puniċi kienet tar-Rumani, rebħa li wasslet għad-distruzzjoni tal-belt ta' Kartaġni. Wara l-waqgħa tal-imperu Ruman fil-ħamest seklu wara kristu, Sqallija ġiet maħkuma minn bosta ġnus barranin, u matul il-medju-evu din il-gżira ġiet maħkuma mill-Vandali,mill-Ostrogoti,mill-Biżantini, mill-Għarab u fl-aħħar mill-aħħar min-Normanni.