It-Tieni Gwerra Dinjija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 1 langlinks, now provided by Wikidata on d:Q362
No edit summary
Linja 45:
Fl-Ewropa, il-Ġermanja u l-Italja bdew jippreparaw għat-taqbid. F'Marzu tal-1938, il-Ġermanja permezz tal- [[Anschluss]], għaqqdet lill-Awstrija mat-territorju tagħha, li ma tantx ġabet rekriminazzjonijiet mill-poetnzi Ewropej. Inkuraġġat, Hitler beda jesponi drittijiet ġermaniżi fuq is-[[Sudetenland]]; Franza u l-Gran Brittanja ħallewh jannessi dawn l-artijiet fil-[[Qbil ta' Munich]], bil-wiegħda li din kellha tkun l-aħħar domanda territorjali tal-Ġermanja. Hitler malajr ħarab mil-wiegħda tiegħu. F' Marzu tal-1939, il-Ġermanja u l-Ungerija okkupaw iċ-Ċekoslovakkja sħiħa, flimkien.
[[Stampa:Khalkhin Gol Soviet offensive 1939.jpg|thumb|Truppi Sovjetiċi jiġġieldu l-Ġappuniżi matul il-[[Battalja ta Khalkhin Gol]] fil-Mongolja, 1939.]]
Allarmat, u b'Hitler jiddikjara li ried jerġa' jagħqqad lil belt ta' Danżing, u allura kellu pretensjonijiet għal art Pollakka, Franza u r-Renju Unit ħarġu garanzija tal-indipendenza tal-Polonja; meta l-Italja invadiet l-[[Albanija]] f'April, l-istess garanzija ġiet estiża lir-[[Rumanija]] u l-[[Greċja]]. L-Unjoni Sovjetika pruvat tallea ruħha ma' Franza u r-Renju Unit, imma ġiet injorata ħabbaminħabba suspetti fuq il-motivi tagħha u l-kapaċitajiet militari li kellha. Ftit wara l-garanziji Franko-Britanniċi lejn il-Polonja, il-Ġermanja u l-Italja fformalizzaw l-alleanza tagħhom bil-[[Patt tal-Azzar]]. Bit-twemmin li Franza u r-Renju Unit ma xtaqux jalleaw rwieħhom mal-Unjoni Sovjetika, minħabba l-biża li din setgħet tiżviluppa fi gwerra bejn Hitler u l-URSS bil-qawwiet tal-Punent jibqgħu newtrali jew jgħinu lil Hitler, l-Unjoni Sovjetika ddeċiedet li tidħol fi qbil li ma tattakkax lil Ġermanja permezz tal –Patt Molotov Ribbentrop. Dan il patt kien jinkludi qbil sigriet biex l-Ewropa tal-Lvant tinqasam bejniethom.
Fl- 1 ta' Settembru, 1939, [[Adolf Hitler]] ħabbar l-invażjoni tal-[[Polonja]] u t-Tieni Gwerra Dinjija bdiet. Franza, l-Gran Brittanja, u l-Pajjiżi tal-[[Commonwealth of Nations|Commonwealth]] ddikjaraw gwerra fuq il-Ġermanja, imma ftit li xejn wettqu operazzjonijiet belliċi apparti attakk zgħir Franċiż fis-Saarland. F' nofs Settembru, wara li ġie ffirmat armistizju mal-Ġappun, l-Unjoni Sovjetika bdiet l-invażjoni tagħha tal-Polonja. Sa' l-bidu t' Ottubru, il-Polonja nqasmet bejn il-Ġermanja u l-Unjoni Sovjetika. Matul il-battalji fil-Polonja, il-Ġappun beda l-ewwel attakk fuq il-belt ċiniża strateġikament importanti ta' Changsha; dan l-attakk falla sal-bidu t'Ottubru.
[[Stampa:Bundesarchiv Bild 183-R69173, Münchener Abkommen, Staatschefs.jpg|thumb|Mix-xellug għal-lemin (quddiem):[[Neville Chamberlain|Chamberlain]]]]
Wara l-invażjoni tal-Polonja, l-Unjoni Sovjetika bdiet l-okkupazzjoni tal-[[Pajjiżi Baltiċi]]. Reżistenza Finlandiża għal pressjonijiet mill-Unjoni Sovjetika f' l-aħħar ta' Novembru wassal għall-[[Gwerra tax-Xitwa]] li damet erba' xhur, u ntemmet bit-[[Trattat ta' Paċi ta' Moska]] b'konċessjonijiet Finlandiżi. Franza u r-Renju Unit trattaw l-attakk tal-Unjoni Sovjetika fuq il-Finlandja daqslikieku din daħlet fil-gwerra fuq in-naħa tal-Ġermanja, u rrispondew għal din l-invażjoni billi qablu mal-espulsjoni tas-Sovjetiċi mill-Lega tan-Nazzjonijiet. Anki jekk iċ-Ċina kellha l-saħħa timponi l-veto fuq din l-azzjoni, hi la riedet tinqata mill-potenzi tal-punent u wisq inqas mill-Unjoni Sovjetika u għalhekk iddeċidiet li tastjeni. L-Unjoni Sovjetika xorta ma qablitx ma' din l-azzjoni, u ssospendiet kull għajnuna militari għaċ-Ċina. Sa' Ġunju 1940, il-Forzi Armati Sovjetiċi lestew l-[[Okkupazzjoni tal-Istati Baltiċi|okkupazjoni tal-istati ta' mal-Baltiku]].
 
Fl-Ewropa tal-Punent, qawwiet Brittaniċi bdew l-ewwel jibagħtu l-ewwel truppi fuq il-kontinent, immaperò [[Gwerra Finta|la l-Ġermanja u lanqas l-Alleati]] ma bdew attakki diretti fuq l-għadu. F'April, [[Operazzjoni Weserübung|il-Ġermanja invadiet id-Danimarka u n-Norveġja]] biex tiddefendi l-fornituri ta' minerali tal-ħadid mill-iSvezja, li l-Alleati żgur kienu ser jippruvaw iwaqqfu. Id-[[Danimarka]] ikkapitulat mill-ewwel, u [[Kampanja Norveġjiża|minkejja s-support tal-Alleati]], in-[[Norveġja]] intrebħet f'inqas minn xahrejn. [[Dibattitu Norveġjiż|Skuntentizza Brittanika fuq il-Kampanja Norveġjiża]] wasslet għall-waqgħa tal-Prim Ministru [[Neville Chamberlain]], b' [[Winston Churchill]] jieħu postu fl-10 ta' Mejju, 1940.
 
=== Avvanzati tal-Assi ===
Linja 62:
Fl-aħħar ta' Settembru il-[[Patt Tripartit]] bejn il-Ġappun, l-Italja u l-Ġermanja fformaliżżaw il- [[Qawwiet tal-Assi]]. Il-patt stipula li, b'eċċezzjoni tal-Unjoni Sovjetika, kull pajjiż li jattakka l-pajjiż tal-Assi ikollu jidħol fi gwerra ma' kull wieħed mill-pajjiżi msieħba. L-Unjoni Sovjetika wriet interess li tidħol f'din l-alleanza, u f'Novembru batgħet it-test tal-patt amendat; wara offriet ukoll għajnuna ekonomika li kienet tiffavorixxi ħafna lill-Ġermanja. Il-Ġermanja baqgħet siekta fuq l-ewwel proposta, iżda qablet mat-tieni waħda. Minkejja dan il-Patt, l-Istati Uniti komplew jgħinu r-Renju Unit u ċ-Ċina bl-introduzzjoni tal-qbil [[Lend-Lease]]. L-Istati Uniti ħolqu żona ta' sigurta tikkomprendi madwar nofs l-[[Oċean Atlantiku]] bil-flotta Amerikana teskorta konvojs Brittaniċi.
 
F'Ottubru, l-[[Gwerra Greko-Taljana|Italja invadiet il-Greċja]] imma fi ftit jiem l-attakk twaqqaf mill-Griegi u ġie mbuttat lura fl-Albanija. Ftit wara, fl-Afrika, qawwiet tal-Commonwealth bdew attakki fuq l-Eġittu u l-Lvant Taljan tal-Afrika. Sal-bidu tal-1941, il-qawwiet taljani intefgħu lura fil-Libja mil-Commonwealth, Churchill [[Operazzjoni Lustre|ordna li jintbagħtu truppi biex isaħħu l-Griegi]]. Ir- [[Regia Marina|Flotta Taljana]] tilfet bosta battalji navali, bil-Flotta Rjali taqla' tletttliet battleshipsvapuri tal-gwerra mill-kunflitt b'attakk fuq Taranto, u ħafna vapuri oħra magħrrqa fil-[[Battalja ta' Kap Matapan]].
Il-Ġermanja malajr interveniet biex tgħin lill-Italja. Hitler [[Operazzjoni Sunflower|bagħat qawwiet ġermaniżi fil-Libja]] fi Frar u sat-tmiem ta' Marzu bdew attakk fuq il-forzi tal-Commonwealth mnaqqsin ħabba l-isforz fil-Greċja. F'xahar, il-qawwiet tal-Commonwealth reġgħu intefgħu fl-Eġittu bl-eċċezzjoni tal-[[Assedju ta' Tobruk|port mblokkat ta' Tobruk]]. Il-Commonwealth pruvat teħles mill-qawwiet tal-Assi f'[[Operazzjoni Brevity|Mejju]] u f'[[Operazzjoni Battleaxe|f'Ġunju]], iżda falliet fiż-żewġ okkażjonijiet. Fil-bidu t'April il-Ġermaniżi intervjenew fil-Balkani, [[Battalja tal-Greċja|bl-invażjoni tal-Greċja]] u l-[[Invażjoni tal-Jugoslavja|Jugoslavja]]; hawnhekk l-attakk irnexxa, u l-Alleati ġew sfurzati jevakwaw il-Greċja, [[Battalja ta' Kreta|u l-gżira ta' Kreta]] sal-aħħar ta' Mejju.
 
Linja 75:
Fl-aħħar jiem ta' Ġunju, il-Ġermanja, flimkien ma' pajjiżi oħra membri tal-Assi u l-Finlandja, [[Operazzjoni Barbarossa|invadiet l-Unjoni Sovjetika]]. Dawn kisbu u okkupaw ħafna artijiet fir-Russja tal-Punent, u kkaġunaw ħafna mejtin, u saħansitra [[Battalja ta' Moska|kważi waslu sa Moska]], biss bl-ibliet ta' [[Imblokk ta' Leningrad|Leningrad]] u l- [[Imblokk ta' Sebastopli (1941-1942)|Sebastopli]] mhux mirbuħa, u wara l-linja tal-gwerra. Però bil-wasla tax-xitwa kiefra fir-Russja, l-offensiva tal-Assi waqfet ħesrem u s-Sovjetiċi wettqu [[Offensiva Sovjetika (1941-1942)|kontro-offensiva]] bl-użu ta' truppi u riservi li nġiebu mill-fruntiera mal-istat satellita tal-Ġappun, il-Manċukwo.
[[Stampa:Soviet Offensive Moscow December 1941.jpg|thumb|il-kontrattakki Sovjetiki matul il-[[battalja ta' Moska]], Diċembru 1941.]]
Wara l-attakk Ġermaniż fuq is-Sovjetiċi, ir-Renju Unit beda jirkupra. F'Lulju, ir-Renju Unit u l-Unjoni Sovjetika ffurmaw [[Qbil Anglo-Sovjetiku|alleanza militari kontra l-Ġermanja]] u ftit wara [[Invażjoni Anglo Sovjetika tal-Iran|invadew l-Iran]] biex jiżguraw il-[[Kuritur Persjan]] u l-fornituri ta' żejt Iranjan. F'Awissu, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ħarġu ċ- [[Ċarter Atlantiku]], viżjoni li kienet tiggarantixxi "d-dritt ta' kull poplu li jagħżel il-forma ta' gvern li ried". F'Novembru, qawwiet tal-Commonwealth [[Operazzjoni Crusader|bdew kontro-offensiva fid-deżert]], u rebħu lura kull avvanz li kienu għamlu l-qawwiet Ġermaniżi u Taljani.
[[Stampa:Second world war europe animation small.gif|thumb|300px|right|Animazzjoni tat-Teatru Ewropew WWII.]]
Il-Ġappun, bl-isperanza li tgawdi mill-kontroll Ġermaniż tal-Olanda, għamlet bosta talbiet, fostom anke fornitura kostanti ta' żejt, mill-[[Indji Olandiżi tal-Lvant]]; dawn il-laqgħat fallew f'Ġunju. F'Lulju, il-Ġappun ħatfu l-kontroll militari tal-Indoċina tan-nofsinhar għax mhux talli setgħet tinfluwenza l-Olanda aħjar, iżda kienet tkompli toħnoq liċ-Ċina; u jekk kien hemm bżonn ta' gwerra, kienet tipprovdi bosta bażijiet strateġiċi kontra l-Brittanja u l-Amerika. L-Istati Uniti, r-Renju Unit u l-pajjiżi l-ożra tal-punent u l-gvernijiet f'eżilju, wieġbu għal din l-inkursjoni Ġappuniża bil-friża tal-assi u l-beni Ġappuniżi, u l-Istati Uniti, li waħedha kienet tforni mat-80% taż-żejt tal-Ġappun, żiedet iż-żejt mal-lista ta' riżorsi fl-imblokk tal-Ġappun. B'dan l-imblokk mhux mistenni, il-Ġappun kien sfurzat li jew jirtita mill-aggressjoni fl-Asja, jew inkella jaħtaf iż-żejt li ried b'mod dirett; il-forzi militar ġappuniżi ma kienux jaqblu mal-ewwel għażla, u ħafna minnhom ikkunsidraw l-imblokk taż-żejt bħala dikjarazzjoni ta' gwerra siekta.
Linja 82:
 
Dawn l-attakki ġiegħlu lill-Istati Uniti, r-[[Dikjarazzjoni ta' gwerra tar-Renju Unit fuq il-Ġappun (1941)|Renju Unit]], ċ-Ċina, u l-Alleati l-oħra tal-punent biex jiddikjaraw gwerra fuq il-Ġappun. L-Italja, il-Ġermanja, u l-membri l-oħra tal-Patt Tripartit wieġbu billi jiddikjaraw gwerra fuq l-Istati Uniti. F'Jannar, l-Istati Uniti, r-Renju Unit, l-Unjoni Sovjetika u ċ-Ċina, flimkien ma' tnejn-u-għoxrin stat żgħir jew gvern f'eżilju, ħarġu d-[[Dikjarazzjoni mill-Ġnus Magħquda]], bl-affirmazjoni mil-ġdid taċ-Ċarter Atlantiku u l-formaliżazzjoni tal-alleanza kontra l-qawwiet tal-Assi. L-Unjoni Sovjetika ma mexietx bi sħiħ ma' din id-dikjarazzjoni, billi żammet il-qbil li kellhom mal-Ġappun, kif ukoll astjeniet mill-prinċipju ta' determinazjoni poplari.
Il-Qawwiet tal-Assi, però, rnexxew ikomplu l-offensivi tagħhom. Il-Ġappun kien kważi żataf ix-Xlokk tal-Asja sal-aħħar t'April, 1942, keċċew l-Alleati minn Burma, ħadu ħafna priġunieri fil-Filippini, fil-Malaja,fl-Indji tal-Lvant Olandiżi u f'Singapore. Ibbumbardaw il-bażi navali f'Darwin fl-Awstralja, u għerrqubosta vapuri Alleati, mhux biss f'Pearl Harbor, imma wkoll il-Prince of Wales u r-Repulse fil-Baħar Ċiniż tan-Nofsinhar, fil-Baħar ta' Java u l-Oċejan Indjan. L-uniku suċċessi ta' veru kontra l-Ġappun kienu irr-rebħa fejn il-belt ta' Changsha fil-bidu ta' Jannar, 1942, u rebħa psikoloġika bil-[[Doolittle Rejd|bumbardament tal-kapitali ġappuniża, Tokyo]] f'April.
 
Il-Ġermanja kienet kapaċi tieħu l-offensiva mill-ġdid ukoll. Il-Flotta Ġermaniża ndunat bl-inesperjenza Amerikana fil-kamp t' gwerra bis-sottomarini, u rnexxiela tgħarraq riżorsi importanti fejn il-kosta Amerikana. Fid-deżert, bdew offensiva f'Jannar, u imbuttawmbuttaw il-qawwiet Brittaniċi lura lejn il Linja ta' Gazala sal-bidu ta' Frar. Fl-Unjoni Sovjetika, il-kontro-offensiva Sovjetika tax-xitwa kienet spiċċat sa' Marzu. Fid-deżert kien hemm kalma mhux tas-soltu fl-operazzjonijiet, li tat ċans lill-Ġermanja tipprepara għall-offensiva li jmiss
 
=== Idur ir-riħ ===
 
Fil-bidu ta' Jannar, il-Ġappun beda jipprova [[Operazzjoni Mo|jaħtaf Port Moresby]] permezz t'[[assalt amfibju]] biex tinqatal-linja ta' komunikazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Awstralja. L-Alleati, però, [[Battalja tal-Baħar tal-Koralli|interċettaw il-messaġġ, u dawwru lura l-qawwiet navali]], u waqqfu l-invażjoni. Il-pjan li jmiss tal-Ġappun, mmotivat mill-bombardament ta' Tokyo, kien li jinħataf l-[[Atoll ta' Midway]] biex jinġibdu l-aircraftcarriers Amerikani u jgħerrquhom hemm; bħala diverżjoni, il-Ġappun kellu jibgħat forzi ta' diverżjoni billi [[Kampanja tal-Gżejjer Alewzjani|jokkupa l-gżejjer Alewzjani]]. Fil-bidu ta' Jannar, il-Ġappun beda jimxi ma' dawn il-pjanijiet iżda l-Amerikani, li rnexxielhom jiddeċifraw il-kodiċi sigrieti navali ġappuniżi, kienu jafu b'kollox u użaw din l-informazzjoni biex [[Battalja ta' Midway|jirbħu vittorja deċiżiva]] fuq il-[[Flotta Imperjali Ġappuniża]]. Bil-kapaċità tagħhom drastikament mnaqqsa ħabba t-telfa f'Midway, il-Ġappun prova jikkonċentra l-attakki tiegħu billi jiffukaw fuq [[Port Moresby]], b'kampanja minn fuq l-[[Kampanja tal-Passaġġ ta' Kokoda|art]] fit-[[Territorju tal-Papua]]. L-Amerikani pjanaw kontro-attak fuq il-Ġappuniżi, b'pożizjonijiet fin-nofsinhar tal-[[Gżejjer Solomon]], primarjament [[Guadalcanal]], bħala l-ewwel pass biex jinħataf [[Rabaul]], il-bażi navali ġappuniża prinċipali fix-Xlokk tal-Asja. Iż-żewġ pjanijiet bdew f'Lulju, immaperò sa nofs Settembru, [[Il-Kampanja ta' Guadalcanal|il-battalja ta' Guadalcanal]] ħadet prijorità, u t-truppi ta' New Guinea ġew ordnati li jirtiraw minn Port Moresby għall-provinċja ta' Oro. Guadalcanal malajr sar punt fokali għaż-żewġ naħat b'użu ta' truppi u materjal f'[[Gwerra t'Attrizzjoni|battalja t'attrizzjoni]]. Sal-bidu tal- 1943, il-Ġappuniżi tilfu l-gżira u [[Operazzjoni Ke|rtiraw it-truppi]].
 
F'Burma, qawwiet tal-Commonwealth bdew żewġ operazzjonijiet. L-ewwel waħda, [[L-Ewwel Offensiva f'Arakan|kienet offensiva fir-reġjun tal-Arakan]] fl-aħħar tal-1942, marret ħażin ħafna tant li kellha ssir irtitrata lura fl-India sa Mejju tal-1943. It-tieni kienet [[Operazzjoni Longcloth|id-dħul ta' qawwiet irregolari]] wara l-linji Ġappuniżi fi Frar, li sal-aħħar t'April, kienet kisbet riżultati dubjużi ħafna.
 
Fuq il-front tal-lvant tal-Ġermanja, l-Assi rebaħ f'offensiva Sovjetika fil-[[Battalja tal-Peniżola ta' Kerch|peniżola ta' kerch]] u f' [[Tieni Battalja ta' Kharkov|Kharkov]] u wara bdew l- [[Case Blue|offensiva tas-sajf]] kontra r-Russja tan-nofsinhar f'Ġunju, 1942, bl-għan li jintrebaħ iż-żejt tal-Kawkażu. Is-Sovjetiċi ddeċidew li jwaqqfu l-irtirata tagħhom fi Stalingrad, u sa nofs Novembru ill-Ġermaniżi [[Battalja ta' Stalingrad|kważi ħadu Stalingrad]] fi ġlied qalil fit-toroq. Meta s-Sovjetiċi bdew it-[[Offensiva Sovjetika (1942-1943)|tieni kontro-offensiva tax-xitwa]], bil-[[Operazzjoni Uranus|qtugħ tal-forzi ġermaniżi fi Stalingrad]] u attakk fuq [[Operazzjoni Mars|il-qagħdiet Ġermaniżi fi Rzhev fejn Moska]], fejn tal-aħħar falliet serjament. Sa' l-bidu ta' Frar, l-Armata Ġermaniża kienet soffriet telfiet qawwija; it-truppi fi Stalingrad kellhom iċedu u l-linja tal-front ġiet imbuttata lil hinn minn fejn bdiet l-offensiva Ġermaniża. F'nofs Frar, wara li attakk Sovjetiku batta fix-xejn, il-Ġermaniżi reġgħu attakkaw Kharkov, u dawwru l-belt russa ta' Kursk bil-qagħdiet tagħhom.
 
Fil-punent, bil-biża li l-Ġappun seta' juża l-gżira ta' [[Madagaskar]] bħala bażi ġiegħel lil Brittaniċi jinvadu l-gżira f'Mejju, 1942. Dan is-suċċess malajr intesa meta offensiva Ġermaniża fil-Libja imbuttat il-qawwiet Alleati sa' r-raħal ta' El-Alamein, fejn irnexxielhom [[First Battle of El Alamein|iwaqqfu l-qawwiet tal-Assi]]. Fil-kontinent, rejds ta' [[kommando]]s Alleati fuq objettivi strateġiċi, fostom ir-[[Rejd ta' Dieppe|rejd diżastruż fuq Dieppe]], wrew in-nuqqas ta' saħħa tal-Alleati tal-Punent biex jattwaw invażjoni tal-Ewropa kontinentali mingħajr preparazjoni bir-reqqa, materjal aħjar, u sigurtà operazjonali. F'Awissu l-Alleati rnexxielhom jimbuttaw [[Battalja t' Alam el Halfa|t-tieni attakk fuq El Alamein]] u, b'telf qawwi ħafna, rnexxielhom [[Operazzjoni Pedestal|iwasslu munizzjonijiet u għajnuna lill-gżira assedjata ta' Malta]]. Ftit xhur wara, l-Alleati [[It-Tieni Battalja t'El Alamein|bdew attakk tagħhom]] fl-Eġittu, qalgħu ill-qawwiet tal-Assi mit-trunċieri u bdew javvanzaw minn ġol-Libja. Fuq ix-xtajta l-oħra tal-Afrika, [[Operazzjoni Torch|invażjoni Anglo-Amerikana ta' t-Tramuntana Franċiż tal-Afrika]], wasslet biex ir-reġjun daħlet fil-gwerra mal-Alleati. Hitler wieġeb għal din il-bidla ta' naħat billi [[Case Anton|okkupa l-bqija ta' Franza]] , anki jekk l-Ammiraljat ta' Vichy rnexxielu jgħarraq il-flotta Franċiża biex ma taqax f'idejn Ġermaniżi. Il-qawwiet tal-Assi f'dawn in-naħat irtiraw fit-[[Tuniżija]], li kienet issa imdawra; din [[Kampanja Tuniżina|intrebħet mill-Alleati]] sa Mejju 1943.
 
=== L-Alleati jibdew javvanzaw (1942) ===
Linja 103:
Wara l-kampanja fi Guadalcanal, l-Alleati bdew bosta operazzjonijiet kontra l-Ġappun fil-Paċifiku. F'Mejju, 1943, qawwiet Amerikani ntbagħtu [[Kampanja tal-Gżejjer Alewzjani|fil-Gżejjer Alewzjani b'risposta għall-attakk ġappuniż]] ; ftit wara nbdew operazzjonijiet [[Operazzjoni Cartwheel|fejn Rabaul biex tiġi iżolata din il-bażi]], u [[Kampanja fil-gżejjer Gilbert u Marshall|attentat biex jinfetaħ il-perimetru ġappuniż fil-Paċifiku fil-gżejjer Gilbert u Marshall]]. Sa l-aħħar ta' Marzu, 1944, l-Alleati kienu laħqu dawn l-għanijiet, biż-żieda tan-[[Operazzjoni Hailstone|newtraliżazzjoni ta' bażi ġappuniża kbira oħra]] fil-[[Gżejjer Caroline]]. F'April, l-Alleati bdew operazzjoni biex [[Kampanja fin-New Guinea tal-Punent|terġa tittieħed in-New Guinea tal-Punent]].
[[Stampa:RIAN archive 44732 Soviet soldiers attack house.jpg|left|thumb|Suldati Sovjetiċi jattakkaw dar matul il-[[Battalja ta 'Stalingrad]], 1943.]]
Fil-Mediterran, qawwiet Alleati bdew [[Invażjoni Alleata ta' Sqallija|invażjoni ta' Sqallija]] fil-bidu ta' Lulju, 1943. L-attakk fuq it-territorju taljan, biż-żieda tal-ħafna telfiet fil-gwerra, wasslet għall-waqgħa u l-arrest ta' Mussolini iktar tard matul ix-xahar. L-Alleati komplew din l-azzjoni [[Invażjoni Alleata tal-Italja|meta invadew il-peniżola taljana]] fil-bidu ta' Settembru, u wkoll iffirmaw [[Armistizju bejn l-Italja u l-qawwiet Alleati|armistizju mal-Italja]]. Meta l-armistizju ġie dikjarat fit-8 ta' Settembru, il-Ġermanja wieġbet billi żarmat il-qawwiet Taljani, bil-ħtif ta' art Taljana, u l-bini ta' bosta linji difensivi. Fit-12 ta' Settembru qawwiet speċjali Ġermaniżi [[Rejd tal-Gran Sasso|ħatfu l-Mussolini]] li waqqaf ir-[[Repubblika Soċjali Taljana|stat satellita ġdid fit-territorju taljan okkupat mill-Ġermanja]]. L-Alleati ġġieldu bosta battalji u għaddew minn ħafna minn dawn il-linja, sakemm ma' waslu fejn [[Linja tax-Xitwa|il-linja difensiva prinċipali Ġermaniża]] f'nofs Novembru. F'Jannar 1944, l-Alleati attakkaw [[Battalja ta' Monte Cassino|il-linja fejn Monte Cassino]] u pruvaw iduru l-linja bi [[Operazzjoni Shingle|żbarki f'Anzio]].Sa l-aħħar ta' Mejju, iż-żewġ offensivi rnexxew, immaperò bosta diviżjonijiet ġermaniżi ħarbu; fl-4 ta' Ġunju [[Ruma]] ntrebħet.
[[Stampa:IWM-E-6724-Crusader-19411126.jpg|thumb|upright|[[kanuni Kruċjati]] Britaniċi jiċċaqalqu biex jgħaddu mill-pożizzjonijiet matul il-[[Tramuntana Kampanja Afrika]].]]
 
Linja 113:
[[Stampa:Approaching Omaha.jpg|thumb|Alleati [[Invażjoni tal-Normandija]], Ġunju 6, 1944]]
[[Stampa:RIAN archive 633180 Stream crossing.jpg|thumb|Persunal Armata ħamra u tagħmir jaqsmu xmara waqt is-Sajf tramuntana tal-1944]]
Wara l-avvanzata Sovjetika u l-ħelsien tal-belt ta' Leningrad fi Frar 1944, il-kontro-offensiva inżammetfuq il-fruntiera tal-Estonja għal 8 xhur mill-forzi armati ġermanizi, megħjuna minn truppi Estoni maqbuda bil-lieva, u bl-isperanza li jerġgħu iwaqqfujwaqqfu l-istat sovran tal-Estonja.
 
Fis-6 ta' Ġunju 1944, (magħrufa bħala [[D-Day]]), l-Alleati tal-Punent [[Battalja tan-Normandija|invadew it-tramuntana ta' Franza]] u, wara li tmexxew ħafna diviżjonijiet mill-Italja, [[Operazzjoni Dragoon]]in-nofsinhar ta' Franza wkoll. Matul il-bqija tas-sena, l-Alleati tal-Punent [[Avvanzata Alleata minn Pariġi sar-Renu|imbuttaw il-qawwiet ġermaniżi]] fil-punent tal-Ewropa, u fl-Italja waslu sal-[[Linja Gotika|l-aħħar linja difensiva]].
Linja 125:
=== Waqgħa tal-Assi, rebħa Alleata ===
 
Fis-6 ta' Diċembru, [[1944]] qawwiet Ġermaniżi [[Battalja tal-Ardennes|wettqu kontro-attakk fl-Ardennes]] kontra l-Alleati tal-Punent. L-Alleati damu sitt ġimgħat biex iwaqqfu dan l-attakk. Is-Sovjetiċi attakkaw minn ġol-Ungerija, filwaqt li l-Ġermaniżi telqu l-Greċja, l-Albanija u ġew imbuttati minn nofsinhar tal-Jugoslavja mill-partiġġjani. Fl-Italja, l-Alleati tal-Punent baqgħu imwaħħlinmwaħħlin mal-aħħar linja difensiva. F'nofs Jannar tal-1945, is-Sovjetiċi attakkaw minn ġol-Polonja, [[Offensiva tal- Vistula u l-Oder|u mbuttaw lura kważi sax-xmara Oder]] fil-Ġermanja, u [[Offensiva fil-Prussja tal-Lvant|ħatfu l-Prussja tal-Lvant]].
Fl-4 ta' Frar, mexxejja Amerikani, Brittaniċi, u Sovjetiċi [[Konferenza f'Yalta|iltaqgħu f' Yalta]]. Dawn qablu fuq l-okkupazzjoni tal-Ġermanja wara l-gwerra u kkonfermaw id-dħul tal-Unjoni Sovjetika kontra l-Ġappun x'ħin il-Ġermanja ċċedi.
 
Linja 167:
Numru kbir ta' mewtiet jistgħu jiġu attributi, anki jekk parzjalment lill-gwerra, bħal-miżerja fil-Bengal tal-1943.
<gallery widths="200px" heights="200px">
File:Colonization 1945.png|Mappa tad-Dinja ta 'kolonizzazzjoni fl-1945. Bit-tmiem tal-gwerra, il-[[gwerer tal-liberazzjoni nazzjonali]] twettqet, li jwassal għall-[[ħolqien ta 'Iżrael]], flimkien ma' lmal-[[dekolonizzazzjoni ta 'l-Asja|dekolonizzazzjoni tal-Asja]] u l-Afrika.
File:Bundesarchiv Bild 183-14059-0018, Berlin, Oberbefehlshaber der vier Verbündeten.jpg|Il-Kmandanti Suprema 5 ta 'Ġunju 1945 f'Berlin:
[[Bernard Montgomery]], [[Dwight D. Eisenhower]], [[Georgy Zhukov]] u [[Jean de Lattre de Tassigny]]
Linja 185:
=== Front ċivili u produzzjoni ===
 
Fl-Ewropa, qabel il-bidu tal-Gwerra, l-Alleati kellhom vantaġġi kbar fil-kampijiet ta' popolazzjoni u ekonomija. Fl-1938, l-Alleati tal-Punent (Renju Unit, Franza, Polonja u d-Dominji Brittaniċi) kellhom popolazzjoni 30% ikbar u [[prodott gross domestiku]] (PGD) ta' 30% ikbar mill-Qawwiet tal-Assi ta' dawk iż-żminijiet (Ġermanja u Italja); jekk jingħaddu ill-Kolonja, il-vantaġġi għall-Alleati kienu jiġu madwar 5:1 f'popolazzjoni u madwar 2:1 fil-PGD. Fl-Asja, iċ-Ċina kellha popolazzjoni sitt darbiet ogħla mill-Ġappun, imma PGD 89% ogħla biss; dan jiġi għal madwar tlett darbiet il-popolazzjoni u PGD 38% ogħla jekk wieħed jinkludi kolonji ġappuniżi.
Anki jekk il-vantaġġi ekonomiċi u ta' popolazzjoni tal-Alleati ġew fgati bl-użu tat-tattika tal-Blitkrieg, dawn saru l-fatturi deċisivi fl-1942, u wara d-dħul tal-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika fin-naħa tal-Alleati, il-gwerra intefgħet fuq linji t'attrizzjoni.
 
Linja 195:
Fil-Lvant, ir-riżorsi naturali u l-materja prima mwiegħda mill-politika ta' [[lebensraum]] qatt ma nkisbu minħabba movimenti fil-frontijiet tal-gwerra u l-kunċett sovjetiku li wara irtirati ma jitħalla xejn li seta' jintuża mill-Ġermaniżi. Bil-kontra tat-territorji okkupati fil-punent, il-politika razzjali nażista kienet tinkoraġġixi brutalità lejn il-popolazzjonijiet Slavi tal-lvant, peress li dawn kienu jitqiesu inferjuri. Kienu ħafna għalhekk il-mejtin f'eżekuzzjonijiet tal-massa u massakri ta' tindif etniku. Minkejja li gruppi ta' reżistenza ġew iffurmati fit-territorji okkupati, dawn ma tantx fixklu attivitajiet ġermaniżi la fil-lvant u lanqas fil-punent, sa tmiem l-1943.
 
Fl-Asja, il-Ġappun kien isejjaħ lil pajjiżi taħt okkupazzjoni bħala parti mill-i[[Sfera ta' ko-prosperità Asjatika]], essenzjalment eġemonija ġappuniża f'isem il-liberazzjoni ta' popli kkoloniżati. Minkejja li l-qawwiet ġappuniżi kienu ingħatawngħataw merbħa bħala liberaturi minn dominanza Ewropea f'ħafna territorji, il-brutalità eċċesiva tagħhom dawret l-opinjoni pubblika kontrihom fi ftit ġimgħat. Fl-avvanzati inizjali tagħhom il-Ġappuniżi ħatfu madwar 4 miljun barmil żejt mitluqin fir-ritirata Alleata, u sal-1943 kienu kapaċi jżidu l-produzzjoni ta' żejt fl-Indji tal-Lvant Olandiżi għal iktar minn 50 miljun barmil, 76% tal-produzzjoni tal-1940
 
=== Avvanzati fit-teknoloġija u fix-xjenza bellika ===
Linja 205:
File:RIAN archive 1274 Tanks going to the front.jpg|[[T-34]] Sovjetika, il-kanun l-aktar prodott użat tal-gwerra. Aktar minn 57,000 kienu mibnija mill-1945.
</gallery>
Fil-baħar, filwaqt li avvanzi saru f'kważi kull qasam navali, iż-żewġ żoni ta' żvilupp kkonċnetraw rwieħhom fuq l-aircraft carriers u s-sottomarini. Anki jekk fil-bidu tal-gwerra il-qasam militari ajrunawtiku kellu relattivament suċċessi modesti ħafna, azzjonijiet f' Taranto, Pearl Harbor, il-Baħar Ċiniż tan-Nofsinhar u l-Baħar tal-Koralli malajr stabilixxew lill-aircraft carriers bħala l-iktar vapur importanti fi gwerra, iktar mill-battleshipvapur tal-gwerra. Fl-Atlantiku, [[escort carrier]]s dehru bħala parti fundamentali tal-konvojs, b'żieda drammatika tar-radju ta' protezzjoni effettiva tal-vapuri u billi soddew it-[[toqba fl-Atlantiku ċentrali]]. Lil hinn mill-effikaċja tagħhom, il-carriers kienu ħafna iktar ekonomiċi mill-battleshipsvapuri tal-gwerra ħabbaminħabba r-roħs relattiv fil-press tal-ajruplani u l-fatt li ma kellhomx bżonn ta' ħxuna fl-armaturi ta' protezzjoni tagħhom. Kulħadd stenna li s-sottomarini, li dehru importanti ħafna fl-ewwel gwerra, kienu ser jerġgħu joħorġu bħala fundamentali fit-tieni waħda. Il-Brittaniċi ffokaw fuq l-iżvilupp ta' miżuri fi sfond ta' gwerra anti-sottomarina, b'tattiċi, għodda u vapuri, bħas-[[sonar]] u l-konvojs; il-Ġermanja ffokat iktar fuq l-iżvilupp offensiv ta' din l-arma, b'diżinji bħas-[[Sottomarin Ġermaniż Tip VII|sottomarin Tip VII]] u t-tattika [[wolfsrudel taktik|wolfsrudel]]. Bil-modBilmod il-mod, teknoloġiji żviluppati kontinwalment mill-Alleati, bħal [[Leigh light]], [[qanfud (arma)|qanfud]], [[klamar (arma)|klamar]], u t-[[Mark 24 FIDO Torpedo|torpedos intelliġenti]] ħarġu rebbieħa.
 
Fuq l-art, il-gwerra mbidlet b'mod drastiku mill-frontijiet tal-gwerra statiċi tal-Ewwel Gwerra Dinjija, u saru ħafna iktar fluwdi u mobbli. Bidla importanti kienet il-kunċetti ta' [[armi kkumbinati]], b'kordinazzjoni stretta ħafna bejn elementi differenti fil-gwerra; it-[[tank]], li kien diġa ntuża fl-għajnuna tal-fanterija fl-ewwel gwerra, evolva biex sar l-arma primarja għal dawn il-qawwiet. Fl-aħħar tas-snin tletin, id-disinji tat-tankijiet tal-gwerra kienu diġa avvanzaw ħafna iktar minn dawk tal-ewwel gwerra, u l- avvanzati tkomplew matul is-snin tal-gwerra, b'żidiet fil-veloċità, armatura u qawwa. Sa l-bidu tal-gwerra, ħafna armati kienu jikkunsidraw it-tank bħala l-aħjar arma kontriha nnifisha, u żviluppaw tankijiet għal dak l-iskop speċifiku. Dawn il-ħsibijiet ġew negati bl-attaki diżastrużi ta' tankijiet b'armaturi ħfief kontra xulxin, u bid-duttrina Ġermaniża li tevita ġlied dirett bejn it-tankijiet; dan tal-aħħar, flimkien mal-użu ġermaniż tal-armi kkumbinati, kienu fost l-elementi ta' suċċess fit-tattika tal-[[blitzkrieg]] fil-Polonja u Franza. Intużaw wkoll ħafna metodi biex jitkissru t-tankijiet, fosthom artillerija indiretta, u kanuni disinjati kontrihom (kemm miġbudin u mixjin b' saħħithom), mini, u suldati b'armi speċjali, u tankijiet oħrajn.