Sqallija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 40:
===Tribujiet Qodma===
 
L-abitanti oriġinali ta' Sqallija kienu maqsumin fi tliet gruppi tal-poplu pre-istoriku tal-Italja. L-iktar grupp prominenti u prekarju minn dawn kien dak tas-Sikani, li kienu miġbura minn Thucydides, jingħad li kien ġej mill-peniżola tal-Iberja. Evidenza storika li hija ta' ċerta importanza hija l-iskoperta tat-tpinġijiet impinġija mis-Sikani fl-għerien li kienu jgħixu fihom. Tpinġijiet li jmorru lura sa tmiem l-epoka tal-Pleistocene, għall-ħabta tas-sena 8,000 QK. Il-miġja tal-ewwel umani hija assoċjata mal-estinzjoni tal-ippopotami nani u tal-iljunfanti nani. Il-poplu Elimjan, maħsub li kien ġej mill-baħar AġejuEġew, kien dak il-poplu, li kien missu jingħaqad fi tribù sabiex jemigra lejn Sqallija u jitħallat mal-popolazzjoni ta' din il-gżira hekk maġġuri fil-Mediterran.
 
L-iskoperti riċenti tad-dolmens li jinsabu fuq din il-gżira (dawn imorru lura għat-tieni nofs tat-tielet millenju qabel kristu), jidhru li sejrin jiftħu orizzonti ġodda fuq il-panorama kulturali u komposta ta' Sqallija primittiva. Huwa magħruf b'eżattezza li dan ir-reġjun kien għadda minn pre-istorja pjuttost diffiċli, tant li hija missjoni antipatka li timxi wara l-passi tal-popli diversi li segwew 'il xulxin. L-impatt taż-żewġ influwenzi huwa ċar però l-influwenza Ewropea dehret li kienet ġejja mill-majjistral, u l-oħra, influwenza Mediterranja ta' oriġni orjentali.
Linja 47:
 
[[File:San Giovanni degli Eremiti.jpg|thumb|San Ġovanni degli Eremiti, Il-koppli l-ħomor qed juru l-elementi tal-arkitettura Biżantina]]
 
===Il-Perjodu Għarbi (827-1091)===