Baħar Tirren: Differenza bejn il-verżjonijiet

baħar
Content deleted Content added
Paġna ġdida: thumb|right|300px|Il-Baħar Terren Il-Baħar Terren jifforma parti mill-baħar nofsani tal-Mediterran, 'il barra mill-kosta tal-punent tal-Italja...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 13:32, 15 Awwissu 2013

Il-Baħar Terren jifforma parti mill-baħar nofsani tal-Mediterran, 'il barra mill-kosta tal-punent tal-Italja. Dan il-baħar huwa msemmi għall-poplu Terren, li kienu identifikati sa mis-6 seklu qabel l-era Kristjana flimkien mal-Etruski tal-Italja. L-isem tal-baħar Terren huwa dderivat mill-kelma Griega li tirreferi għall-Etruski, poplu li jingħad li kienu emigranti ġejjin minn Lidja, mmexxija mill-prinċep Tyrrhenus. F'dan il-perjodu, ir-residenza tal-Etruski kienet l-art li tmiss mal-kosta, fejn xi darba għad ried ikun hemm ir-reġjun tat-Toskana, u dak kien il-punt minn meta bdew isejħu lill-ilmijiet tal-viċin bħala l-Baħar tal-Etruski.

Il-Baħar Terren

Ġeografija

Il-baħar huwa mdawwar minn bosta artijiet, fosthom wieħed jista' jinnota lil Korsika, Sardinja (lejn il-punent), it-Toskana, Lazjo, Campania, Basilicata, il-Kalabrija (lejn il-lvant) u 'l Sqallija (lejn in-nofsinhar). Il-fond massimu tal-baħar huwa ta' 3,785 metru (12,418 pied). Il-baħar Terren jinsab fil-post eżatt fejn jiltaqgħu l-qiegħan tal-Ewropa u tal-Afrika, għalhekk il-katina muntanjuża u l-vulkani attivi bħalma huwa l-Marsili, jinsabu fil-vixxri tiegħu. It-tmint igżejjer ta' Aeolian u ta' Ustika jinsabu lejn il-parti tan-nofsinhar tal-baħar, voldieri ftit metri lejn it-tramuntana ta' Sqallija.

Fetħiet

Wieħed għandu mnejn jinnota bl-erba' fetħiet eżistenti li jieħduk lil hinn mill-baħar Terren (Mit-tramuntana san-Nofsinhar):

Fetħa Destinazzjoni Wisa' Baħar konness
Kanal ta' Korsika bejn Toskana u Korsika 42°50′N 9°45′E / 42.833°N 9.75°E / 42.833; 9.75 Xi 80 kilometru Baħar Ligurju
Strett ta' Bonifacio bejn Korsika u Sardinja 11-il kilometru Baħar Mediterran (proprju)
Mingħajr Isem bejn Sardinja and Sqallija Xi 290 kilometru Baħar Mediterran (proprju)
Strett ta' Messina bejn Sqallija u Kalabrija fuq it-takkuna tal-Italja 3 kilometri Baħar Joniku

Baċiri u Portijiet

Il-baħar Terren huwa maqsum f'żewġ baċiri jew pjanuri, il-pjanura ta' Vavilox u ta' Marsili. Dawn huma seperati minn xulxin permezz ta' xifer sotterran, magħruf bħala l-pont ta' Issel, imsemmi wara Arturu Issel. Il-portijiet prinċipali tal-baħar Terren fl-Italja huma: Napli, Palermo, Ruma, Salerno, Trapani, Gioia, Tauro u Cagliari. L-iktar port importanti ġewwa Franza huwa: Bastia. Għalkemm il-frażi " Il-port ta' Ruma" hija użata frekwentament, ir-realtà tgħid li m'hemm l-ebda port viċin il-belt kapitali tal-Italja, Ruma. Minflok il-frażi "Il-port ta' Ruma" qiegħda tirreferi għall-faċilitajiet marittimi f'Civitavecchia, xi 42 mil lejn il-majjistral ta' Ruma, il-belt kapitali li tant wirtet storja.

Album