Black metal: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: '''Metall Sewdieni''' huwa sotto-ġeneru estrem tal-mużika metallika tqila. Karetteristiċi komuni ta' dan it-tip ta' ġeneru jinkludu ritmi mgħaġġla, għajjat, kitarri alterat...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 06:32, 14 Awwissu 2013

Metall Sewdieni huwa sotto-ġeneru estrem tal-mużika metallika tqila. Karetteristiċi komuni ta' dan it-tip ta' ġeneru jinkludu ritmi mgħaġġla, għajjat, kitarri alterati li għandhom ħoss tremoluż, tnabar ritmiċi u strutturi mużikali inkonvenzjonali. Matul it-tmeninijiet tas-seklu 20, bosta bends tal-metall ingħaqdu flimkien sabiex jipprovaw jifformaw prototip għall-metall sewdieni. Din l-hekk imsejħa l-ewwel mewġa inkludiet fiha diversi bends bħal Venom, Bathory, Hellhammer u lil Celtic Frost. It-tieni mewġa qamet fil-bidu tad-disgħinijiet tas-seklu 20, diversi bends Norveġiżi nnominati bħala "Spearheaded", ngħidu aħna bħal: Mayhem Burzum, Darkthrone, Immortal u Emperor. Ix-xena metallika sewdiena Norveġiża tal-bidu kienet dik li żviluppat l-istil tad-dixxendenti tagħhom f'ġeneru distint. L-isipirazzjoni tax-xeni tal-metall Sewdieni Norveġiż emarġinaw madwar l-Ewropa u l-Amerika ta' Fuq, però jingħad li ftit mix-xeni l-oħra żviluppaw l-istil uniku tagħhom mingħajr ebda konnessjoni ma' l-istil diġà stabbilit Norveġiż.

Inizzjalment sinonimu mal-Metall Sataniku, il-metall sewdieni ta' sikwit jintlaqa' b'ostilità mill-kultura inġenerali. Dan għaliex, bosta artisti jesprimu viżjonijiet Anti-Kristjani u misantropoċi, u ħafna mill-pijunieri magħrufin bħala tat-tieni mewġa għal dan il-ġeneru kienu akkużati b'vandaliżmu fuq knejjes u b'omiċidju. Wieħed jista' saħansitra jsib moviment żgħir Neo-Nażistiku f'dan il-ġeneru hekk influwenti, minkejja l-fatt li bosta sapporters u artisti prominenti jevitaw in-Nażiżmu u jopponu l-influwenza tiegħu fuq dan il-ġeneru hekk modern u vast, kull ma jmur qiegħed ikompli jżid fil-popolarità tiegħu. Ġeneralment, il-komunità tal-metall sewdieni tikkondamina t-tfittix għall-kisba ta' suċċess jew attenzjoni, għaliex jippreferu jżommu 'il dan il-ġeneru inviżibbli mill-maġġoranza tal-popla peress li huwa suġġett li jaf joħloq diversi kontroversji.