Lejl: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Il-lejl huwa perjodu ta' ħin bejn l-ave-marija u ż-żerniq meta x-xemx tkun taħt l-orizzont. Dan il-fattur iseħħ malli l-uniku sors ta' dawl universali, voldieri x-xemx tgħib...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 14:56, 13 Awwissu 2013

Il-lejl huwa perjodu ta' ħin bejn l-ave-marija u ż-żerniq meta x-xemx tkun taħt l-orizzont. Dan il-fattur iseħħ malli l-uniku sors ta' dawl universali, voldieri x-xemx tgħib fl-ilmijiet tal-ibħra li jdawru l-artijiet tad-dinja. L-oppost tal-lejl huwa l-jum (jew il-ħin tal-ġurnata, sabiex tiddiversifika ruħha mill-jum li jirrappreżenta l-perjodu ta' 24 siegħa). Il-punti ta' bidu u ta' tmiem tal-lejl jvarja skont dawn il-fatturi segwenti, bħall-istaġun, il-latitudni, il-lonġitudni u ż-żona tal-ħin.

Nofs id-dinja tkun miksija bid-dawl tax-xemx filwaqt li n-nofs l-ieħor għandu jkun iddominat mid-dlam u l-kwiekeb. Dan għaliex parti mid-dinja tkun qiegħda tgħatti lid-dawl tax-xemx milli jipprenetra fl-atmosfera. L-illuminazzjoni Naturali matul il-lejl hija mogħtija permezz tal-kumbinazzjoni diversa ta' dwal li jdawlu lill-univers b'mod assolut u kontinwu. Id-dawl universali jigi mill-qamar, mid-dawl li toffri l-pjaneta nfisha, mid-dawl li jagħtu l-istilel, mid-dawl taż-żodiċi, mill-awrori nordiċi u mid-diwi tal-arja. F'ċerti ċirkostanzi, il-bijoluminazzjoni, l-awrori u s-sajjetti jistgħu jipprovdu xi ftit tal-illuminazzjoni. Kultant, id-diwi li huwa pprovdut mill-illuminazzjoni artifiċjali jitqies bħala t-tniġġis tad-dawl, dan għax jista' jostakola mal-astronomija osservazzjonali u mal-ekosistemi.