Filfla: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 6:
Il-gżira ta' Filfla tkopri ż-żona ta' 6 ettari biss, u tista' tiġi deskritta bħala pjanura tal-Franka mdawra minn irdumijiet li jlaħħqu mas-60 metru għoli, Gżira li qiegħda kontinwament tittiekel mill-elementi tan-natura. Tliet speċi ta' għasafar tal-baħar jgħixu fuq din il-gżejra, dawn huma: il-kangu tal-Ewropa (huwa stmat li hemm bejn il-ħamest elef u t-tmint elef par), ix-Shearwater Cory (xi mitejn par) u l-gawwija ta' saqajha sofor (xi 130 par). Il-gżira ġiet identifikata bħala żona importanti għall-għasafar mill-assoċjazzjoni internazzjonali Bird-Life, prinċipalment minħabba l-kolonja dominanti tal-kangu tal-Ewropa. Il-Podarcis filfolensis hija tip ta' gremxula li titla' mal-ħitan u l-bebbuxu tal-bibien (Lampedusa imitatrix gattoi) huma speċi endemiċi li jabitaw il-gżejra ta' Filfla. Il-kurrat kbir u salvaġġ jista' jikber sa żewġ metri għoli, dan huwa possibbli wkoll. L-aċċess għall-Filfla huwa possibbli għal għanijiet edukattivi u xjentifiċi biss u l-viżitaturi jridu jattribwixxu l-permess speċjali mill-ministeru li huwa responsabbli mill-ambjent.
 
==Storja==
[[Kategorija:Gżejjer diżabitati ta' Malta]]
 
Fuq il-kosta Maltija, faċċata ta' Filfa, wieħed jista' josserva s-siti arkeoloġiċi ta' Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, it-torri tal-ħamrija (wieħed mit-13-il torri ta' sorveljenza li Martin de Redin kien bena madwar ix-xtajtiet ta' Malta sabiex iservu ta' allarm kontra l-għadu), u l-memorja ta' Walter Norris Congreve, wieħed mill-gvernaturi Ingliżi ta' Malta, li kien midfun taħt il-baħar fil-kanal ta' bejn Filfa u Malta.
 
L-unika struttura permanenti li kienet teżisti fuq din il-gżira ċkejkna kienet il-kappella mibnija ġewwa għar fl-1343, li sfat distrutta bit-terremot li laqat il-gżejjer Maltin fl-1856, terremot li rnexxielu jgħarraq parti mill-gżira nnifisha. Il-forzi navali u arjali tal-Ingilterra użaw l-gżira ta' Filfla sabiex jipprattikaw il-miri tagħhom qabel ma jattakkaw l-assi. Dan l-użu waqaf fl-1971. Filfla saret irrikonoxxuta bħala riserva għall-għasafar fl-1980, u l-liġi ta' riserva naturali fuq il-gżira daħlet fis-seħħ fl-1988, liġi li żiedet ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess u l-użu tat-territorju, inkluż kien hemm il-projbizzjoni tas-sajd minn xi mil awtiku 'il ġewwa madwar il-gżira sabiex tiġi assigurata s-sigurtà tan-nies peress li seta' kien hemm xi materjal splussiv li kien għadu ma splodiex.