Sqallija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
ċ
Linja 57:
===Il-Perjodu Normann (1061-1194)===
 
Fis-seklu 11, il-qawwiet Taljani rnexxielhom jaħatru lill-merċenarji [[Normanni]] mmexxija minn Ruġġieru l-1, sabiex ifittxu jeħilsu lil Sqallija minn taħt id-dominju [[Għarbi]]. Wara li rnexxielu jiddomina lil Apulia u lil Kalabrija, huwa mexa 'l quddiem sabiex jokkupa l-provinċja ta' Messina b'armata ta' 700 suldat. Fl-1068, Ruġġieru rnexxielu joħroġ vittorjuż kontra l-qawwiet Misilmin f'Misilieri, però l-iktar kunflitt kruċjali kien l-Assedju ta' Palermo, li sal-1072, għen lin-Normanni fid-dominazzjoni u fil-kontroll assolut tal-gżira ta' Sqallija. In-Normanni lestew id-dominazzjoni ta' Sqallija fl-1091, eżattament malli ntrebħet il-provinċja ta' Noto, l-aħħar fortizza Għarbija.
 
[[Ruġġieru]] miet fl-1101. Is-suċċessur għat-tron kien it-tifel tiegħu, Ruġġieru t-tieni, li kien inkurunat bħala l-ewwel re ta' Sqallija. L-anzjan Ruġġieru kien miżżewweġ lil Adelaide, huwa ħa t-tmun f'idejh sakemm it-tifel tagħha mmatura biżżejjed sabiex ikun jista' jmexxi waħdu, fl-1112.
 
==Diviżjonijiet Amministrattivi==