Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Sqallija"

1,986 bytes miżjuda ,  7 snin ilu
l-ebda taqsira
 
Sqallija tipposjedi klima tipikament Mediterranja bi xtiewi moderati u mxarrba flimkien ma' sjuf sħan u nexfin li jilqgħu lit-turist vjaġġatur. Skont l-agenzija reġjonali għall-iskart u għall-ilma, fl-10 ta' Awwissu tal-1999 l-istazzjon tat-temp f'Katenanuova (EN) rrekordja t-temperatura estrema ta' 48.5 °C (119 °F), li hija l-ogħla temperatura li qatt ġiet irrekordjata fl-Ewropa permezz ta' strumenti effiċjenti li wieħed jista' joqgħod fuq ir-riżultati miksuba minnhom. Ir-rikordju uffiċjali tal-Ewropa, li ġie mkejjel b'termometri minimi u massimi--huwa rrikonoxxut f'Ateni, il-Greċja hekk kif il-komunikazzjonijiet irrapportaw it-temperatura għolja ta' 48.0°C (118 °F) fl-1977.
 
[[File:Zingaro Sicilia 2005-09-30-2.jpg|thumb|Il-Park Naturali ta' Zingaro fi Sqallija]]
==Flora u Fawna==
 
Sqallija hija ta' sikwit deskritta bħala eżempju ċar ta' deforestazzjoni umana, li kienet ipprattikata sa miż-żminijiet Rumani, meta l-gżira ġiet ittrasformata f'reġjun agrikolu. Dan il-fattur beda jbiddel il-klima tal-gżira bilmod il-mod, infatti bdiet nieżla inqas xita u x-xmajjar bdew jinxfu. Din hija r-raġuni 'l għala m'hemmx foresti fil-provinċji taċ-ċentru u tal-ilbiċ. Fit-tramuntana ta' Sqallija wieħed jista' faċilment jilloka tliet foresti importanti. ħdejn il-vulkan Etna, il-muntanji Nebrodi u fir-riserva naturali tal-bosk tal-Ficuzza ħdejn Palermo. Il-park reġjonali tal-muntanji Nebrodi, li ġie stabbilit fl-4 ta' Awwissu tal-1993, bis-86,000 etteri huwa kkunsidrat bħala l-ikbar żona naturali u protetta ta' Sqallija, hawnhekk wieħed jista' jsib ukoll l-ikbar foresta ta' Sqallija, li jisimha l-foresta Karonja, li huwa t-tieni isem li ġie mogħti lill-muntanji Nebrodi. L-ixjaħ siġra li tinsab fuq din il-gżira ċentrali għandha bejn l-2000 u l-4000 sena, din is-siġra tinsab fuq it-triq ta' Linguaglossa f'Sant'Alfio lejn l-lvant tal-vulkan Etna.
 
Sqallija għandha livell tajjeb ta' Bijodiversità fawnali, Ftit mill-ispeċi li jabitaw fuqha jinkludu: Iċ-Ċirneku tal-Etna, il-volpi, il-ballotra ż-żgħira, il-martora tal-arżnu, iċ-ċerva Roe, il-ħanżir salvaġġ, il-Qanfud, Iż-Żrinġ komuni, l-Ajkla dehbiena u l-Falkun. Kultant Sqallija hija kkunsidrata bħala l-punt fejn bosta speċi huma ristretti milli jemigraw lejn bnadi oltrè. Per eżempju, is-sotto-speċi taċ-ċawla tal-barnuża tirrikorri fi Sqallija, f'Sardinja u f'Korsika biss, infatti din l-ispeċi partikolari ma ssibiex kieku kellek tfittex f'dawk il-pajjiżi li jinsabu lejn in-nofsinhar ta' din il-gżira ċentrali. Ir-riserva naturali ta' Zingaro hija waħda mill-aqwa eżempji ta' abbissi kostali li għadhom ma ġewx mimsusa mill-bniedem.
 
==Storja==
 
271

modifiki