Sqallija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 7:
 
Iktar 'il quddiem ġie fformat, dak li beda jissejjaħ ir-renju ta' Sqallija, li dam bejn l-1130 u l-1816. Dan issubordina l-kuruni ta' Aragona, ta' Spanja, tal-imperu Ruman sakemm fl-aħħar ingħaqdu taħt il-Burboni ma' Napli bħala r-renju taż-żewġ Sqallijiet. Flimkien ma' espedizzjoni ta' elf ruħ, Giuseppe Garibaldi ddirieġa r-rivolta matul il-proċess tal-unifikazzjoni Taljana, u minn dakinhar Sqallija bdiet tiġi kkunsidrata bħal parti mill-Italja, proprju fl-1860 eżattament wara li ġie żvelat ir-riżultat tar-referendum. Wara t-twelid tar-Repubblika Taljana fl-1946, Sqallija ngħatat l-istatus speċjali bħala reġjun awtonomu. Sqallija għandha kultura unika u rikka, speċjalment f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti, mal-mużika, mal-letteratura, mal-kċina u mal-arkitettura. Sqallija tagħti importanza lis-siti qodma kif ukoll dawk arkeoloġiċi, ngħidu aħna bħan-Nekropoli ta' Pantalica, il-wied tat-tempji u Selinunte.
==Klima==
 
Sqallija tipposjedi klima tipikament Mediterranja bi xtiewi moderati u mxarrba flimkien ma' sjuf sħan u nexfin li jilqgħu lit-turist vjaġġatur. Skont l-agenzija reġjonali għall-iskart u għall-ilma, fl-10 ta' Awwissu tal-1999 l-istazzjon tat-temp f'Katenanuova (EN) rrekordja t-temperatura estrema ta' 48.5 °C (119 °F), li hija l-ogħla temperatura li qatt ġiet irrekordjata fl-Ewropa permezz ta' strumenti effiċjenti li wieħed jista' joqgħod fuq ir-riżultati miksuba minnhom. Ir-rikordju uffiċjali tal-Ewropa, li ġie mkejjel b'termometri minimi u massimi--huwa rrikonoxxut f'Ateni, il-Greċja hekk kif il-komunikazzjonijiet irrapportaw it-temperatura għolja ta' 48.0°C (118 °F) fl-1977.
==Storja==
 
Line 28 ⟶ 30:
Bħad-Dhimmis, l-Insara nattivi (L-ortodossi tal-lvant) kellhom l-għażla libera li jagħżlu r-reliġjon li riedu jipprattikaw huma, iżda l-poplu maħkum ta' Sqallija ried jħallas taxxa speċjali, Il-Ġiżja, u kellu diversi limitazzjonijiet impoġġija fuq l-okkupazzjonijiet tiegħu, l-ilbies u fuq l-abilità li jipparteċipa f'sitwazzjonijiet pubbliċi. Imbagħad l-Emirat ta' Sqallija beda jinqasam fi gruppi intra-dinastiku u għalhekk dan l-avveniment immarka t-tmiem tar-renju Musulman. Matul dan il-perjodu ta' amalgamazzjoni kulturali kien hemm il-preżenza minuri ta' xi Lhud ukoll.
 
==Il-Lingwa ta' Sqallija u l-konnessjoni mill-qrib mal-ilsien Malti==
==Lingwa==
 
L-'''Isqalli''' (''sicilianu'', jew ''lingua siciliana'') huwa [[lsien Rumanz]] mitkellem minn madwar 5 miljun ruħ fi [[Sqallija]], il-[[Kalabrja]], [[Salentu]] (Pulja meridionali), [[Ċilentu]] (Kampania meridionali), u minn total xi 10 miljun ruħ madwar id-dinja (diàspora: [[USA]], [[Awstralja]], [[Kanada]], [[Arġentina]], [[Franza]], [[Belġju]]).