Sqallija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
ċ
Linja 8:
Iktar 'il quddiem ġie fformat, dak li beda jissejjaħ ir-renju ta' Sqallija, li dam bejn l-1130 u l-1816. Dan issubordina l-kuruni ta' Aragona, ta' Spanja, tal-imperu Ruman sakemm fl-aħħar ingħaqdu taħt il-Burboni ma' Napli bħala r-renju taż-żewġ Sqallijiet. Flimkien ma' espedizzjoni ta' elf ruħ, Giuseppe Garibaldi ddirieġa r-rivolta matul il-proċess tal-unifikazzjoni Taljana, u minn dakinhar Sqallija bdiet tiġi kkunsidrata bħal parti mill-Italja, proprju fl-1860 eżattament wara li ġie żvelat ir-riżultat tar-referendum. Wara t-twelid tar-Repubblika Taljana fl-1946, Sqallija ngħatat l-istatus speċjali bħala reġjun awtonomu. Sqallija għandha kultura unika u rikka, speċjalment f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti, mal-mużika, mal-letteratura, mal-kċina u mal-arkitettura. Sqallija tagħti importanza lis-siti qodma kif ukoll dawk arkeoloġiċi, ngħidu aħna bħan-Nekropoli ta' Pantalica, il-wied tat-tempji u Selinunte.
 
==Storja==
 
===Tribujiet Storja Qodma===
 
{{...}}
L-abitanti oriġinali ta' Sqallija kienu maqsumin fi tliet gruppi tal-poplu pre-istoriku tal-Italja. L-iktar grupp prominenti u prekarju minn dawn kien dak tas-Sikani, li kienu miġbura minn Thucydides, jingħad li kien ġej mill-peniżola tal-Iberja. Evidenza storika li hija ta' ċerta importanza hija l-iskoperta tat-tpinġijiet impinġija mis-Sikani fl-għerien li kienu jgħixu fihom. Tpinġijiet li jmorru lura sa tmiem l-epoka tal-Pleistocene, għall-ħabta tas-sena 8,000 QK. Il-miġja tal-ewwel umani hija assoċjata mal-estinzjoni tal-ippopotami nani u tal-iljunfanti nani. Il-poplu Elimjan, maħsub li kien ġej mill-baħar Aġeju, kien dak il-poplu, li kien missu jingħaqad fi tribù sabiex jemigra lejn Sqallija u jitħallat mal-popolazzjoni ta' din il-gżira hekk maġġuri fil-Mediterran.
 
L-iskoperti riċenti tad-dolmens li jinsabu fuq din il-gżira (dawn imorru lura għat-tieni nofs tat-tielet millenju qabel kristu), jidhru li sejrin jiftħu orizzonti ġodda fuq il-panorama kulturali u komposta ta' Sqallija primittiva. Huwa magħruf b'eżattezza li dan ir-reġjun kien għadda minn pre-istorja pjuttost diffiċli, tant li hija missjoni antipatka li timxi wara l-passi tal-popli diversi li segwew 'il xulxin. L-impatt taż-żewġ influwenzi huwa ċar però l-influwenza Ewropea dehret li kienet ġejja mill-majjistral, u l-oħra, influwenza Mediterranja ta' oriġni orjentali.
 
Għalkemm m'hemm l-ebda prova ta' xi gwerer li setgħu nqalgħu bejn dawn iż-żewġ tribujiet, meta l-Elmjani qagħdu fil-kantuniera majjistra tal-gżira, Is-Siċanjani mxew lejn il-lvant. Mill-art prinċipali tal-Italja, li fuqha kienu jgħixu nies li kienu ġejjin mil-Ligurja, oriġinaw is-Siċili fl-1200 QK, qawwa liema bħala li nfurzat lill-Isqallin jmorru lura lejn Sqallija u joqogħdu f'nofs il-gżira. Gruppi minuri oħra ġewwa l-Italja li qagħdu fi Sqallija kienu l-Awsoni (Gżejjer ta' Aeolian, Milazzo) u l-Morgeti (Morgantina) Hemm bosta studji ta' rekordji ġenetiċi li jirrappreżentaw lill-abitanti li kienu ġejjin minn pajjiżi varji li jmissu mar-reġjun tal-baħar Mediterran, imħallta mal-eqdem abitanti ta' Sqallija. Fosthom kien hemm l-Eġizzjani, il-Feniċi u l-Iberjani. Il-Feniċi kienu abitanti prekarji li ġew qabel il-miġja Griega wkoll.
 
==Medju-Evu==
 
===Il-Perjodu Għarbi (827-1091)===
 
Il-miġja Għarbija fi Sqallija ġabet magħha bosta riformi lill-uċuħ tal-artijiet tar-raba, dan sabiex tkun tista' tiżdied il-produttività u biex jiġi nkoraġġat iż-żamm tal-affarijiet żgħar f'idejn in-nies, toqba għad-dominanza tal-istati llandjati. L-Għarab komplew itejbu s-sistemi tal-irrigazzjoni. Deskrizzjoni ta' Palermo kienet mogħtija minn Ibn Ħawqal, negozjant Għarbi li żar 'il Sqallija fis-sena 950. Lokalità mdawra b'ħitan felħana li ġġib l-isem ta' Al-Ksar (Il-palazz) hija magħrufa bħala ċ-ċentru tal-provinċja ta' Palermo u dan il-fatt għadu jgħodd sal-lum. F'Al-Ksar wieħed jista' jsib il-Moskea ta' nhar il-Ġimgħa fuq is-sit tal-Kon-katidral Ruman. Fil-lokalità ta' Al-Khalisa (Kalsa) wieħed seta' jsib il-palazz, il-banjijiet, il-moskea, l-uffiċċji tal-gvern u l-priġunerija privata. Ibn Ħawqal saħaq li f'dawk iż-żminijiet kien hemm madwar 7,000 biċċier individwali, li kienu qed jbigħu l-prodotti tagħhom f'150 ħanut. Palermo kien maħkum mill-Għarab Aglabiti, però mbagħad beda jiġi meqjus bħala ċ-ċentru tal-emigranti ta' Sqallija, malli waqgħet għal taħt il-palju tal-Fatmidi.
 
Matul dan ir-renju, seħħew bosta rivolti mill-Isqallin-Biżantini, speċjalement fil-lvant u allura partijiet mill-gżira kienu okkupati mill-ġdid, qabel ma ġew megħluba. Prodotti Agrikoli bħalma huma l-larinġ, il-lumi, il-pistaċċju u l-qasba taz-zokkor inġiebu lejn Sqallija. Taħt il-ħakma Għarbija, il-gżira kienet allejenata fi tliet reġjuni amministrittivi, jew "vals", fejn bejn wieħed u ieħor ikkorrespondew għat-tliet ponot ta' Sqallija: Val ta' Mażara li tinsab lejn il-punent; Val Demone lejn il-Grigal; u Val ta' Noto lejn l-ilbiċ.
 
Bħad-Dhimmis, l-Insara nattivi (L-ortodossi tal-lvant) kellhom l-għażla libera li jagħżlu r-reliġjon li riedu jipprattikaw huma, iżda l-poplu maħkum ta' Sqallija ried jħallas taxxa speċjali, Il-Ġiżja, u kellu diversi limitazzjonijiet impoġġija fuq l-okkupazzjonijiet tiegħu, l-ilbies u fuq l-abilità li jipparteċipa f'sitwazzjonijiet pubbliċi. Imbagħad l-Emirat ta' Sqallija beda jinqasam fi gruppi intra-dinastiku u għalhekk dan l-avveniment immarka t-tmiem tar-renju Musulman. Matul dan il-perjodu ta' amalgamazzjoni kulturali kien hemm il-preżenza minuri ta' xi Lhud ukoll.
 
==Diviżjonijiet Amministrattivi==
 
{| class="wikitable" style="text-align:right"
|-
!Provinċja
!Żona (km<sup>2</sup>)
!Popolazzjoni<ref>[http://demo.istat.it/bilmens2011gen/index.html Population May 2011, data from Demo Istat]. Demo.istat.it. Retrieved on 2012-12-18.</ref>
!Densità (inh./km<sup>2</sup>)
|-
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Agrigento]]
|3,042
|453,594
|149.1
|-
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Caltanissetta]]
|2,128
|271,168
|127.4
|-
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Katanja]]
|3,552
|1,090,620
|307.0
|-
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Enna]]
|2,562
|172,159
|67.2
|-
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Messina]]
|3,247
|652,742
|201.0
|-
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Palermo]]
|4,992
|1,249,744
|250.3
|-
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Ragusa]]
|1,614
|318,980
|197.6
|-
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Sirakuża]]
|2,109
|403,559
|191.3
|-
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Trapani]]
|2,460
|436,240
|177.3
|}
 
== Pruvincjia ==
# [[Agrigento]]
# [[Caltanissetta]]
# [[Catania]]
# [[Enna]]
# [[Messina]]
# [[Palermo]]
# [[Ragusa]]
# [[Siracusa]]
# [[Trapani]]
 
== Kulligament ==