Joseph Muscat: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 46.11.44.56 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Instantanjament
Linja 146:
 
Fl-elezzjonijiet każwali tal-Elezzjonijiet Ewropej li saru f'April 2013, il-Partit Laburista tella' l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew mara fl-istorja politika Maltija, [[Marlene Mizzi]], li kienet ċermen tas-Sea Malta, u ġabet kważi 24,000 vot.
 
=== Ħidma tal-Gvern fl-ewwel sena tiegħu ===
 
Fil-qasam tas-saħħa, il-Gvern alloka €3.6 miljun biex jin­xtara apparat ġdid għall-Isptar Ġe­nerali ta’ Għawdex. Alloka wkoll €3.4 miljun biex jinxtara apparat relatat mal-‘iscreening’. Alloka €8.4 miljun biex jinbnew żewġ swali ġodda fl-Isptar Mater Dei bi 68 sodda, li fihom se jilqgħu pazjenti li jkunu daħlu f’sitwazzjoni akuta.
 
Lesta xogħolijiet infrastrutturali fi 30 triq differenti.
 
Fil-Ħabs għamel kamra apposta għat-tfal li jżuru lill-ġenituri tagħhom, kamra li se tkun qisha bħal ‘playroom’ addatata għat-tfal.
 
Għamel sejħa internazzjonali għall-iżvilupp tas-sit fejn kienet ix-Shipbuilding, u 28 investitur urew interess fiċ-Ċentru Marittimu.
 
Approva 39 applikazzjoni għal fabbriki ġodda u estensjonijiet
 
Fetaħ ambaxxata ġdida fil-Qatar, kif ukoll żewġ konsolati, wieħed f’Misurata u ieħor fil-Brażil.
 
Fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari, il-Prim Ministru Muscat kellu kuntatti kontinwi mal-Prim Ministri tal-Libja, Greċja u l-Italja. Min-naħa tiegħu l-Ministru Manwel Mallia kellu taħdi­tiet mal-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni Cecilia Malmstrom filwaqt li l-Ministru George Vella kellu taħditiet mal-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Barranin Catherine Ashton.
 
Laħaq ftehim mal-Gvern Żvizzeru li permezz tiegħu Malta tpoġġiet fil-lista ta’ pajjiżi li r-residenti tagħhom saru eleġibbli għal ‘scholarships’ mill-Gvern Żvizzeru għal ‘post graduate studies’ u riċerka fl-Iżvizzera.
 
Nieda s-sejħa ta’ interess għar-reklamazzjoni tal-art intiża biex kumpaniji privati joħorġu b’ideat dwar proġetti li jistgħu jsiru fuq art mibnija fil-baħar.
 
Iffirma ftehim mal-Gvern ta' New Zealand li bih ċittadini Maltin li jgħixu fi New Zealand u jirritornaw Malta jibqgħu jgawdu l-pensjoni li kienu jieħdu fi New Zealand.
 
== Ħajja Personali ==