George Abela: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:George abela president.jpg|thumb|250px|George Abela]]
{{kwota|Irrid inkun simbolu ta' għaqda u nilqa' din il-ħatra b'umiltà u gratitudni.|George Abela f'jum il-ħatra tiegħu bħala President}}
'''George Abela''' ([[Ħal Qormi|Qormi]], [[22 ta' April]] [[1948]]) huwa l-[[President ta' Malta|President tar-Repubblika ta' Malta]] attwali. Huwa avukat u kien Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.
 
George Abela twieled f'[[Ħal Qormi]] għand George u Ladgarda mwielda Debono. Huwa attenda l-iskola primarja ta' Ħal Qormi stess u kompla bl-edukazzjoni sekondarja tiegħu fil-Liċew tal-[[Ħamrun]]. Fl-1965 daħal fl-[[Università ta' Malta]], fejn ġab il-Baċellerat tal-Arti. Hu kompla l-istudji tiegħu u sar nutar pubbliku, imbagħad, fl-1975, hu ggradwa bħala avukat. Il-[[General Workers' Union]] ħatritu bħala l-[[konsulent legali]] tagħha, u fil-25 sena li qatta' ma' din l-unjinunjoni kiseb esperjenza konsiderevoli fid-drittjiet tal-ħaddiema.
 
== Ħidma Sportiva ==
Linja 13:
Wara għaxar snin, fl-1992, hu ħalla l-kariga li kellu u ħa l-irwol ta' Deputat Kap responsabbli tal-Affarijiet tal-Partit fi ħdan il-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]]. Wara r-rebħa elettorali tal-partit fl-1996, hu ġie appuntat mill-[[Prim Ministru ta' Malta|Prim Ministru]] l-ġdid, [[Alfred Sant]], konsulent legali u b'hekk beda jattendi s-seduti tal-[[kabinett]]. Hu irriżenja minn postu fl-1997 wara dissens mal-Prim Ministru Alfred Sant. Fl-1998 ma baqax attiv fil-PL, minħabba nuqqas ta' ftehim wara d-deċiżjoni meħuda mid-delegati fil-konferenza ġenerali tal-partit li jsejħu elezzjoni bikrija li kienet mifuhma li kienet neċessarja minħabba li f'dak il-perjodu kien hemm kriżi parlamentari. Fis-sena 2000 hu spiċċa sfavorit fl-amministrazzjoni tal-General Workers' Union u uffiċjalment ma' baqax mal-organizzazzjoni.
 
Mill-2000 'il quddiem hu beda jiffoka fuq il-prattika legali privata tiegħu, fejn ħadem bħala konsulent legali għal diversi entitajiet tal-gvern, fosthom mal-[[Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar]] (MEPA) u l-Malta European Union Steering Action Committee (MEUSAC). Din, flimkien mal-kritika pubblika persistenti lejn l-UnjinUnjoni, wasslet għall-istampa biex tispeluka fuq affinità ġdida ta' Abela lejn l-amministrazzjoni [[Partit Nazzjonalista (Malta)|Nazzjonalista]], partikularment lejn il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, [[Edward Fenech Adami]], u l-Ministru tal-Kabinett [[Austin Gatt]]. Dawn l-ispekulazzjonijiet dehru influwenti fil-ġirja għall-kap tal-Partit Laburista tal-2008.<ref>{{ċita web |url=http://www.timesofmalta.com.mt/articles/view/20080314/local/george-abela-shows-willingness-to-contest-mlp-leadership-election |titlu=George Abela willing to contest MLP leadership election |editur=Times Of Malta |data=14-03-2008 |aċċess=04-04-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref><ref>{{ċita web |url=http://www.maltamedia.com/artman2/publish/govt_politics/article_5726.shtml |titlu=George Abela officially announces leadership bid |editur=MaltaMedia |lingwa=Ingliż |data=13-04-2008 |aċċess=04-04-2009 }}</ref>
 
HuHuwa kkontesta l-elezzjoni għall-kap il-ġdid tal-Partit Laburista wara r-riżenja ta' Alfred Sant fl-2008, flimkien ma' [[Evarist Bartolo]], [[Marie Louise Coleiro Preca]], [[Joseph Muscat]] u [[Michael Falzon]]. Nhar is-6 ta' Ġunju 2008, minħabba li ebda kandidat ma kiseb il-50% u vot biex jiġi elett bħala l-kap tal-partit, kellha issir it-tieni rawnd ta' votazzjoni bejn l-aktar żewġ kandidati li ġabu voti. Fl-ewwel rawnd, Joseph Muscat kiseb 435 vot, waqt li Abela kiseb 200 vot mit-875 vot validu.<ref>{{ċita web |url=http://www.maltamedia.com/artman2/publish/govt_politics/article_6633.shtml |titlu=MLP elections go for run off between Abela and Muscat |editur=MaltaMedia |data=06-06-2008 |lingwa=Ingliż |aċċess=04-04-2009 }}</ref> Abela tilef il-konfront elettorali ma' Joseph Muscat meta dan tal-aħħar kiseb total ta' 574 vot (66.36%) waqt li George Abela ġab 291 (33.64%).<ref>{{ċita web|url=http://www.maltamedia.com/artman2/publish/govt_politics/article_6649.shtml |titlu=Dr Joseph Muscat elected new MLP leader |editur=MaltaMedia |data=06-06-2008 |aċċess=04-04-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref> Il-kap il-ġdid Joseph Muscat stieden lil Abela biex jipparteċipa fl-affarijiet tal-partit taħt il-gwida l-ġdida, u Abela ġie maħtur bħala r-rappreżentant tal-Partit Laburista fil-Malta-EU Steering Action Committee (MEUSEC).
 
=== President ta' Malta ===