Enrico Mizzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 7 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q989815
No edit summary
Linja 27:
|}
 
'''Enrico Mizzi''', magħruf popolarment bħala '''Nerik Mizzi''' jew '''Neric Mizzi''' twieled fl-[[20 ta' Settembru]], [[1885]] u miet fil-kariga ta' [[Prim Ministru ta' Malta]] fl-[[20 ta' Diċembru]], [[1950]] fl-età ta' 65 sena wara kumplikazzjonijiet ta' saħħa. Irċieva funeral statali karatterizzat minn parteċipazzjoni popolari deskritta bħala l-akbar waħda fl-istorja tal-funerali f'Malta. Huwa kien kap tal-''Partito Democratico Nazionalista'' l-ewwel u tal-''Partito Nazionalista'' (Partit Nazzjonalista) sa mewtu. Enrico Mizzi kien Avukat, iżdaperò ma kienx ġeneralment jipprattika l-professjoni għax kien mogħti għall-ġurnaliżmu u għall-politika.
 
<includeonly>'''Enrico "Nerik" Mizzi''' (20 September 1885 – 20 December 1950) was a [[Maltese people|Maltese]] politician, leader of the [[Nationalist Party (Malta)|Nationalist Party]] and [[Prime Minister of Malta]].
Linja 35:
=== Il-Familja ===
 
Enrico Mizzi kien iben il-''Pater Patriae'' (''Padre della Patria'' jew ''Missier il-Patrija'') [[Fortunato Mizzi]] u Maria Sofia Fogliero de Luna. Missieru kien Avukat Għawdxi iben Maġistrat Għawdxi, waqt li ommu kienet mara ta' nazzjonalità [[Italja|Taljana]] li però kienet residenti f'Malta. Fortunato Mizzi miet, fost niket popolari immens, fl-[[1905]] meta ibnu Nerik kellu dsatax-il sena.
 
Il-ġenituri ta' Enrico Mizzi żgur li affettwaw il-ħsieb tal-istess Nerik u dan kien spiss użat kontrih. Nerik Mizzi kien persuna indipendenti u kapaċi jaħseb għalih waħdu fejn jidħlu prinċipji u aktar. Il-fatt li l-ġenituri jaffettwaw lit-tfal huwa ġeneralment aċċettat bħala validu u probabbilment Nerik Mizzi ma kienx immuni għal tali influwenza, iżdaimma l-importanti huwa li jkun magħruf jekk l-influwenza tkunx pożittiva/korretta jew negattiva/skorretta.
 
Ħadd ma jista' jiċħad li missier Nerik Mizzi, Fortunato Mizzi, kien patrijott u nazzjonalista kbir li sa s-sena l-oħra kien ikkommemorat mill-Partit Nazzjonalista fit-tessera tas-sħubija tal-2005. Dan peress li l-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi fil-''Partito Nazionale'' (imsejjaħ ukoll ''Partito Anti-Riformista'') ta' Fortunato Mizzi l-antenat politiku ta' dak li kellu jsir il-Partit Nazzjonalista. Li tkun iben Fortunato Mizzi żgur li kien ikun ta' piż għal kull iben intenzjonat li jipparteċipa fil-politika f'dik l-epoka fejn l-Awtoritajiet Imperjali ma kinux idumu jaħsbuha biex jippersegwitawk għal dak li tgħid u tistqarr. Iċ-ċertezza storika hija li Nerik Mizzi kien pront f'kull evenjenza sabiex jiddefendi l-ideali nazzjonalistiċi tiegħu, u ta' dan sofra tassew iżdaimma ħadd ma jista' jgħid li kien anqas minn missieru fit-tenaċità u r-risolutezza tiegħu fid-difiża ta' ħsibijietu u d-drittijiet nazzjonali tal-Maltin u l-Għawdxin.
 
Kienet omm Nerik Mizzi, jew in-nazzjonalità Taljana tagħha, li l-aktar tat problemi lil Nerik Mizzi. Bosta kkunsidraw lil Enrico Mizzi bħala estremista fl-attakkament tiegħu għal-lingwa u l-kultura Taljana '''ta' Malta'''. Fil-fatt, bosta kienu jiddeskrivu lil Nerik Mizzi bħala estremista, radikali, idealista, irredentista, [[Faxxiżmu|faxxista]] u saħansitra traditur. L-ewwel erba' aġġettivi kienu addirittura jaslu anke minn bosta Panzavecchiani, li kienu ikkunsidratikkunsidrati bħala nazzjonalisti moderati. Il-fatt jibqa' li kemm għall-ideali u l-operat u kemm għall-integrità politika etiko-morali, huwa Nerik Mizzi li l-aktar baqa' mfakkar fl-istorja. F'dan l-artiklu aktar 'il quddiem se nikkunsidraw l-aġġettivi użati fil-konfront ta' Nerik Mizzi u naraw kemm minnhom huma veri u sa liema punt huma veri.
 
Il-fatt li omm Enrico Mizzi kienet ta' nazzjonalità Taljana, kienet arma eċċellenti iżdaperò skorretta biex Nerik Mizzi jkun attakkat ''ad personam'' u skreditat politikament. Huwa ċert li l-fatt ta' omm Taljana, ma jissustanzjax akkużi veritiera ta' irredentiżmu, faxxiżmu u tradiment fil-konfront ta' Nerik Mizzi għax il-ħsieb tiegħu kien ibbażat fuq konoxxenza siewja tal-karatteristiċi tradizzjonali Maltin u mhux fuq in-natura tal-ġenituri tiegħu. Infatti, wieħed jista' jgħid li l-karatteristiċi personali tal-ġenituri għenu lil Nerik Mizzi jasal aktar faċilment għall-pożizzjonijiet tiegħu iżda bl-ebda mod dawn ma kienu jippreġudikaw il-validità tal-istess pożizzjonijiet.
 
Madankollu, persuni opposti għal Nerik Mizzi sabuha faċli jużaw in-natura t'ommu f'perijodu partikolari sabiex jipprovaw jiskreditawh fost l-hekk imsejjaħ popolin li spiss, speċjalment dakinhar, ma jurix kapaċitajiet loġiċi u intelletwali adegwati. Il-verità storika wriet però li dan ma seħħx u kien ikun wisq aktar etiku kieku l-istess akkużaturi, spiss ta' dixxendenza totalment barranija għal Malta bħal dik Ingliża bħal ta' ''l'acerrimo nemico'' ta' Nerik Mizzi ''ergo'' Lord Gerald Strickland, kieku bbażaw onestament il-kritika tagħhom fuq il-prinċipji, il-proposti u l-azzjonijiet tal-istess Enrico Mizzi. IżdaPerò Enrico Mizzi, bniedem imlaqqam ''cavaliere senza macchia e senza paura'' daħal f'ambjent politiku diżonest biex iservi l-''Patria'' u ħareġ minnha magħruf xorta waħda bħala ''cavaliere senza macchia e senza paura''. Dan huwa rikonoxximent li ftit politiċi Maltin kapaċi japplikaw għar-reputazzjoni tagħhom matul l-istorja politika ta' pajjiżna.
 
== Ideoloġija politika ==