Gżejjer ta' San Pawl: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:gzejjer.jpg|right|thumb|300px|Il-Gżejjer ta' San Pawl]]
Il-'''Gżejjer ta'San Pawl''' huma żewġ gżejjer żgħar ħdejn xulxin fil-bajja ta' San Pawl f'[[Malta]].
 
[[File:Selmunett Island.jpg|thumb|Il-gżira/gżejjer ta' Selmunett]]
Bħalissa, ħadd ma jgħix fuq dawn il-gżejjer, u l-aħħar abitant tal-gżejjer kien bidwi li kien jaħdem ir-raba' hemmhekk u telaq ħafna snin ilu.
 
Il-'''Gżira ta' San Pawl''', magħrufa wkoll bħala Selmunett hija gżira mdaqqsa li tinsab viċin il-gżira ta' Selmun, lejn il-grigal tal-gżira amministrattiva ta' Malta. Kultant il-gżira ta' San Pawl hija diviża f'żewġt igżejjer meta l-baħar ikun qawwi. Il-gżira ilha diżabitata minn mindu l-uniku bidwi abbanduna l-abitazzjoni u l-għelieqi tiegħu snin ilu, u għalhekk wieħed jasal għall-konklużjoni li din kienet u għadha l-ikbar gżira fit-territorju Malti li għadha diżabitata.
 
[[Stampa:gzejjer.jpg|right|thumb|300px|Il-Gżejjer ta' San Pawl]]
==In-Nawfraġju ta' San Pawl==
 
Fis-sena [[60]] W.K., il-gvernatur [[Ruma|Ruman]] tal-[[Palestina]] Porcius Festus ħalla lil San Pawl ([[Pawlu minn Tarsu]]) imur minn [[Ċesarea Marittima]] sa [[Ruma]] biex jidher quddiem l-Imperatur [[Neruni]] akkużat bl-ereżija. Għalhekk ittieħed fuq xini, flimkien ma' nies oħra, li kienu jinkludu ħbiebu [[San Luqa]] u Aristarku. Kif telgħu fuq ix-xini, it-temp kien diġà dar għall-ħazin, u kulħadd beda jibża', immaperò San Pawl serraħ moħħ kulħadd billi qalilhom, "Issa ġa ilkom erbatax-il ġurnata tistennew sajmin u ma dduqu xejn. Għalhekk agħmlugħamlu l-qalb u trejqu b'xi ħaġa tal-ikel, u jwetikom f'saħħithom, għax ħadd minnkom mhu se jitlef xagħra waħda minn rasu". Hu beda jiekol biex ikun eżempju għall-oħrajn.
 
U hekk ġara - meta ġew qrib ħafna lejn l-art, xi wħud qabżu ġol-ilma, u oħrajn żammew ma' biċċiet ta' injam mix-xini u għamu sal-art, "Meta ħlisna mill-għarqa," jgħidu l-[[Atti tal-Appostli]] "sirna nafu li l-gżira kien jisimha Melita. In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bil-ħlewwa liema bħalha." Ħadd ma kien miet u il-276 passiġġier kollha salvaw.
 
Il-Gżejjer ta' San Pawl huma il-post fejn probabbilment seħħ in-nawfraġju tax-xini iżdaimma xi nies ma jaqblux ma' dan.
Din il-ġrajja titfakkar fl-10 ta' Frar, li hija festa pubblika fil-Gżejjer Maltin.