Kemmuna: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
ċ
Linja 2:
[[Stampa:Bluelagoon.jpg|200px|thumb|Il-baħar ċelesti tal-[[Blue Lagoon]]]]
 
'''Kemmuna''' hija gżira li tifforma parti mill-[[Gżejjer Maltin|arċipelagu Malti]] bejn il-gżejjer ta' [[Gżira ta' Malta|Malta]] u [[Għawdex]] fil-[[Baħar Mediterran]], fejn tkopri żona ta' 1.35 mili kwadru. Imsemmija wara [[Cuminum cyminum]], li kienet tip ta' ħaxixa li kienet tinbet fuq din il-gżira, Kemmuna hija popolari għat-trankwillità li toffri. Għandha popolazzjoni permanenti ta' erba' residenti biss. Qassis u pulizija jservu lil din il-gżira minn Għawdex, biex jagħtu s-servizz tagħhom lill-popolazzjoni lokali u lill-viżitaturi sajfin. Din l-gżira zgħira hija parti ntrinsika mil-lokalita' ta' Għajnsielem, f'Għawdex.
 
'''Kemmunett''' hija gżira inabitata li tinsab fir-reġjun tal-Mediterran, u tagħmel parti mill-kosta tat-tramuntana ta' Malta. Din il-gżira ċkejkna tkopri żona ta' 0.25 kilometru kwadru u tinsab xi 100 metru lejn il-majjistral 'il bogħod minn Kemmuna. Bejn Kemmuna u Kemmunett wieħed jista' jsib il-baħar ċar u trasparenti tal-lagu l-blu, dan ir-reġjun tant maħbub mit-turist huwa konoxxut permezz tat-terminoloġija "Bejn il-Kmiemen". Bosta kienu dawk li ħadu xi ritratt tal-lagu l-blu, il-post speċjali fejn irnexxielha tisboq in-natura li biha huma mogħnijin il-gżejjer Maltin. Bajja pittoreska li tikkonsisti minn bażi ta' ramel bajdani u li hija sinjura bil-ħajja akwatika, tant apprezzata mill-għaddasa u mill-għawwiema
 
==Ambjent==
 
Il-pajsaġġ karst li tipposjedi l-gżira ta' Kemmuna huwa megħjun mill-art arbuxarja tal-isklerofilli. Riċentament saret afforestazzjoni limitata bis-siġar tal-arżnu. L-Għeriem tar-ramel fil-bajja ta' Santa Marija jipposjedu parti mill-veġitazzjoni nattiva tal-gżira, inklużi hemm is-siġar tal-Vitex u tat-Tamarix. Il-gżira ġiet identifikata bħala żona importanti għall-għasafar mill-għaqda internazzjonali tal-Bird life, dan għaliex fuqha hemm bejn 50 sa 80 par ta' Garni li jbejjet fuq din il-gżira.
 
==Storja==
Line 12 ⟶ 18:
F'Marzu tal-1889, il-vapur tal-battalja Ingliż HMS Sultan kien ħabat ma blata mhux immarkata fuq il-mappa fil-baħar ta' Kemmuna, kollużjoni li ċartet qiegħ il-vapur. Il-vapur beda jegħreq bilmod u żelaq minn fuq il-blata u għereq fl-14 ta' Marzu tal-1889. Il-kumpanija Taljana Baghino & Co rnexxielha ttella' 'l vapur minn qiegħ il-baħar f'Awwissu tal-1889 marbut bi ħlas ta' £50,000. Is-Sultan inġieb lura Malta fis-27 ta' Awwissu.
[[File:The Blue Lagoon.jpg|thumb|Il-lagu Blu]]
 
==Ambjent==
 
Il-pajsaġġ karst li tipposjedi l-gżira ta' Kemmuna huwa megħjun mill-art arbuxarja tal-isklerofilli. Riċentament saret afforestazzjoni limitata bis-siġar tal-arżnu. L-Għeriem tar-ramel fil-bajja ta' Santa Marija jipposjedu parti mill-veġitazzjoni nattiva tal-gżira, inklużi hemm is-siġar tal-Vitex u tat-Tamarix. Il-gżira ġiet identifikata bħala żona importanti għall-għasafar mill-għaqda internazzjonali tal-Bird life, dan għaliex fuqha hemm bejn 50 sa 80 par ta' Garni li jbejjet fuq din il-gżira.
 
[[File:Comino St Mary’s Tower.JPG|thumb|It-Torri ta' Santa Marija fuq Kemmuna]]