Kemmuna: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
{{stub|Ġeografija}}
[[Stampa:Bluelagoon.jpg|200px|thumb|Il-baħar ċarċelesti tal-[[Blue Lagoon]]]]
 
'''Kemmuna''' hija gżira li tifforma parti mill-[[Gżejjer Maltin|arċipelagu Malti]] bejn il-gżejjer ta' [[Gżira ta' Malta|Malta]] u [[Għawdex]] fil-[[Baħar Mediterran]], fejn tkopri żona ta' 1.35 mili kwadru. Imsemmija wara [[Cuminum cyminum]], li kienet tip ta' ħaxixa li kienet tinbet fuq din il-gżira, Kemmuna hija popolari għat-trankwillità li toffri. Għandha popolazzjoni permanenti ta' erba' residenti biss. Qassis u pulizija jservu lil din il-gżira minn Għawdex, biex jagħtu s-servizz tagħhom lill-popolazzjoni lokali u lill-viżitaturi sajfin. Din l-gżira zgħira hija parti ntrinsika mil-lokalita' ta' Għajnsielem, f'Għawdex.
Linja 6:
==Storja==
 
Huwa magħruf li Kemmuna kienet abitata mill-bdiewa matul il-perjodu Ruman, imma qatt ma kellha popolazzjoni li setgħet issejħilha tagħha ghax il-gżira kienet meqjusa bħala proprjetà privata jonkella għax ġiet abbandunata għal kollox. Il-kosta ta' din il-gżira hija mogħnija bl-isbaħ irdum tal-franka u hija miżgħuda b'għerien fondi li kienu popolari mal-pirati u mal-ħallelin tal-baħar, li kienu jduru madwar il-Mediterran fi żmien il-Medju-Evu. L-għerien u l-ħofor ta' Kemmuna kienu użati ta' sikwit bħala bażijiet naturali minn fejn wieħed ikun jista' jattakka lil dawk id-dgħajjes li kellhom il-ħsieb jaqsmu l-fliegu ta' bejn Malta u Għawdex sabiex ikunu jistgħu jaslu fid-destinazzjoni mixtieqa. Iktar tard, il-kavallieri ta' Malta għamlubdew jagħmlu użu importanti minn Kemmuna, u għalhekk innominawha l-gżira tal-kaċċa u tar-rikreazzjoni. Il-kavallieri kienu protettivi ħafna f'dak kollu li kellukien x'jaqsamjirrigwarda mall-kaċċa fuq din il-gżira, dan għaliex fuqha kienu jabitaw ċerti speċi bħall-majjal salvaġġ u l-fenek tal-Grixti. Ħadd ħlief il-kavallieri ma kellu l-permess li jikkaċċja fuq Kemmuna, u għalhekk kull min kien imur kontra din il-liġi kien jispiċċa jeħel piena pjuttost twila ta' tliet snin skjav, jaħdem xogħol iebes fil-kċina tax-xini tal-iskjavi.
 
Fis-sekli 16 u 17 Kemmuna serviet bħala post ta' priġunerija jew ta' eżilju għall-kavallieri messaġġiera. Dawk il-kavallieri li kienu jinstabu ħatja li wettqu xi att kriminali ta' gravità minuri kienu jiġu ssentenzjati jagħmlu l-kompitu solitarju u perikoluż, dak li jintrama t-torri ta' Santa Marija. FlFil-imgħoddipassat kif ukoll fis-seklu 20, meta l-ibħra kienu jkunu mqallba żżejjed sabiex il-patri Għawdxi jkun jista' jaqsam il-fliegu sa Kemmuna għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa qaddisa, il-komunità lokali kienet tinġemgħa fuq il-blat f'dik il-parti tal-gżira magħrufameqjuma bħala 'tal-Ħamra', ufejn joqogħdu jħarsu madwar'il bogħod lejn il-baħar mezzan li jifred il-kanalgżejjer sakemm jilmħu l-kappella tal-madonna tal-blat, f'Ħondoq ir-Rummien, Għawdex, il-post fejn hijatiġi ċċelebrata l-quddiesa. Huma kienu jsegwu l-progressjoni tal-quddiesa permezz ta' kodiċi ta' bandiera kumplessasat-tmiem.
 
F'Marzu tal-1889, il-vapur tal-battalja Ingliż HMS Sultan kien ħabat ma blata mhux immarkata fuq il-mappa fil-baħar ta' Kemmuna, kollużjoni li ċartet qiegħ il-vapur. Il-vapur beda jegħreq bilmod u żelaq minn fuq il-blata u għereq fl-14 ta' Marzu tal-1889. Il-kumpanija Taljana Baghino & Co rnexxielha ttella' 'l vapur minn qiegħ il-baħar f'Awwissu tal-1889 marbut bi ħlas ta' £50,000. Is-Sultan inġieb lura Malta fis-27 ta' Awwissu.
[[File:The Blue Lagoon.jpg|thumb|TheIl-lagu Blue LagoonBlu]]
 
==Ambjent==
 
Il-pajsaġġ karst li tipposjedi l-gżira ta' Kemmuna huwa megħjun mill-art arbuxarja tal-isklerofilli. Riċentament saret afforestazzjoni limitata bis-siġar tal-arżnu. L-Għeriem tar-ramel fil-bajja ta' Santa Marija jipposjedu parti mill-veġitazzjoni nattiva tal-gżira, inklużi hemm is-siġar tal-Vitex u tat-Tamarix. Il-gżira ġiet identifikata bħala żona importanti għall-għasafar mill-għaqda internazzjonali tal-Bird life, dan għaliex fuqha hemm bejn 50 sa 80 par ta' Garni li jbejjet fuq din il-gżira.
 
[[File:Comino St Mary’s Tower.JPG|thumb|It-Torri ta' Santa Marija fuq Kemmuna]]
==It-Torri ta' Santa Marija==
 
It-Torri ta' Santa Marija huwa l-iktar bini prominenti li jinsab fuq il-gżira ta' Kemmuna. L-isfond tipiku ta' dan it-torri jmur lura għall-1416, fiż-żmien meta l-Maltin ddeċidew li kellhom id-dritt li jsemmgħu leħinhom permezz ta' petizzjoni li tappoġġja l-kostruzzjoni ta' torri fuq Kemmuna, intenzjonat sabiex iservi ta' sistema ta' twissija bikrija filkaż ta' xi invażjoni li tista' taħbat għall-gżejjer Maltin, u biex ikun ta' skoraġġjament għat-Torok, għall-pirati, għall-ħallelin u għal kursara bil-ħsieb li jużaw 'il Kemmuna bħala moħba jew bħala post ta' waqfien minn xi vjaġġ twil. Sentejn wara, ir-re Alfonsu V ta' Aragona kien eleva taxxa speċjali fuq l-inbid importat sabiex jinġabru l-fondi neċessarji għal dan il-proġett, però dan l-involviment ma ssodisfax ix-xewqa tant mixtieqa tal-poplu Malti għax il-flus kienu qegħdin imorru fit-teżor tar-re minflok ma bdew jintefqu għad-difiża ta' Kemmuna. Għalhekk il-gżira ċkejkna ta' Kemmuna baqgħet nieqsa mid-difiża għal mitejn sena oħra.
 
It-torri ta' Santa Marija nbena fi żmien il-kavallieri ta' San Ġwann, taħt l-ordni tal-Gran mastru Wignacourt. It-torri jinsab mibni bejn wieħed u ieħor fiċ-ċentru tal-kosta tan-nofsinhar tal-gżira. It-torri kien jifforma parti mill-katina tat-torrijiet difensivi--It-torrijiet ta' Wignacourt, Lascaris, u De Redin ippożizzjonati f'postijiet vantaġġjużi madwar il-kosta tal-gżejjer Maltin u għen fit-titjib tal-komunikazzjonijiet bejn iż-żewġt igżejjer prinċipali ta' Malta u Għawdex. It-torri ta' Santa Marija huwa kbir, b'forma kwadra u għandu erba' turretti f'kull kantuniera. It-torri jinsab xi 80 metru (262 Pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar, u huwa madwar 12-il metru għoli, b'ħitan li huma bejn wieħed u ieħor 6 metri wesgħin. It-torri huwa elevat fuq pjattaforma u fuq bażi kwadra li huma ta' xi 8 metri għoli.
 
Matul l-imblokk Franċiż (1798-1800) it-torri ta' Santa Marija serva ta' priġunerija għall-ispiji ssuspettati. Fl-1829, il-militar Brittaniku kien abbanduna 'l dan is-sit. Għall-bosta diċenji, dan it-torri strateġiku kien meqjus bħala l-proprejetà tal-awtoritajiet ċivili u lokali, u jista' jkun li kien qed jiġi użat bħala sptar ta' iżolazzjoni jonkella bħala maqjel għall-annimali tal-għalqa, kenn mill-kefrija tal-istaġun kiesaħ tax-xitwa. It-torri ta' Santa Marija reġa' beda jintuża b'mod regolari matul iż-żewġ gwerer dinjija. It-torri kien meqjus bħala l-proprjetà tal-forzi armati ta' Malta mill-1982. Illum, dan it-torri jservi l-irwol ta' għassies kontra l-kuntrabandu u l-kaċċa illegali tal-għasafar, li jkollhom bżonn ipassu minn fuq il-baħar.
 
===Folklor===
 
Skont il-Folklor Malti, xi drabi granċ mistiku li jismu Kerrew jaqsam il-fliegu ta' bejn Malta u Kemmuna bl-iskuża li għandu bżonn jiltaqa' mal-Kabbalist magħruf, Abulafia.
 
[[Kategorija:Mediterran]]