Fatt: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 4:
 
* Fl-ambitu xjentifiku, fatt hu informazzjoni miksuba permezz ta' [[esperiment xjentifiku]]. Fatt hu osservazzjoni imparzjali. F'dan is-sens, fatt hu riżultat magħmul imparzjali (fl-ikbar miżura possibbli) permezz ta' osservazzjoni minn iżjed minn xjenzjat wieħed. Mela nistgħu nikkonkludu li, fl-ambitu xjentifiku, fatt hu r-riżultat ta' osservazzjoni li hi tant aċċettata li hu diffiċli li wieħed jieħu bis-serjetà ipoteżijiet interpretattivi diversi. Fatt jista' jintuża bħala prova favur (jew kontra) ċerta viżjoni tal-univers (dejjem niftakru li l-fatt ma ''jippruvax'' il-korrettezza tal-mudell: hekk jew hekk osservazzjoni waħda ma tipprova xejn). Hemm it-tendenza li nagħtu valur akbar il-fatti li jiffavorixxu il-pożizzjonijiet preferiti tagħna u nagħtu valur anqas (jew anki ninjoraw) l-importanza tal-fatti li jkunu kuntrarji.
* Fl-ambitu tal-[[liġi]] bit-terminu '''[[fatt ġuridiku]]''' nfissru stat jew ġrajja kostituttiva tal-[[fattispeċi]] ta' liġi (Il-parti tal-liġi li fiha hemm deskritti l-kondizzjonijiet li jridu jseħħu biex il-liġi tkun applikabbli). Jekk fatt hu previst fil-fattispeċi ta' liġi, ngħidu li dan hu kkwakifikat bħala '''ġuridikament rilevanti''' mill-[[''ordinament ġuridiku]]'' (il-ġabra ta' liġijiet). Hemm varjetà kbira ta' fatti ġuridiċi, li deskrizzjoni unitarja jagħmluha diffiċli. M'hemmx dubju li ma jeżistux effetti ġuridiċi li mhumiex marbutin ma' fatt. l-fatti ġuridiċi nistgħu naqsmuhom fi:
** '''naturali''' : li ma jiddependux mill-volontà tal-bniedem;
** '''umani''' (jew '''atti ġuridiċi'''): jekk jiddependu mill-volontà tal-bniedem.