Inter: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 121:
 
Inter gawdew aktar xortihom fil-[[UEFA Champions League 2009–10]], din darba was għall-kwarti tal-finali billi eliminaw lil eks tim ta' Mourinho, Chelsea, b'rebħa ta' 3–1 bl-aggregat; din kienet l-ewwel darba fi tliet snin għan-''Nerazzurri'' li għaddew mill-ewwel rawnd ta' eliminazzjoni. Imbagħad Inter progressaw għas-semi-finali tat-turnew billi rebħu lil CSKA Moscow 2–0 bl-aggregat. Inter irnexxilhom sabiex jiksbu rebħa ta' 3–1 kontra ċ-ċampjins Spanjoli Barcelona fl-ewwel leg tas-semi-finali. Fit-tieni leg, Inter tilfu 1–0 iżda rebħu 3–2 bl-aggregat u b'hekk waslu għall-ħames Finali tat-Tazza taċ-Ċampjins/Champions League, ma' [[FC Bayern Munich|Bayern Munich]] bħala avversarji. Huma rebħu l-logħba 2–0 grazzi għaż-żewġ gowls minn [[Diego Milito]], u kienu nkurunati bħala ċampjins tal-Ewropa.<ref>{{ċita aħbar|url=http://news.bbc.co.uk/sport2/hi/football/europe/8697017.stm|titlu=Bayern Munich 0–2 Inter Milan|data=22 ta' Mejju 2010|xogħol=BBC Sport |aċċessdata=24 ta' Mejju 2010}}</ref>
 
Inter rebħu wkoll it-titlu tas-[[Serie A 2009–10]] b'żewġ punti fuq Roma, u l-[[Coppa Italia 2010]] billi għelbu lil-istess tim 1–0 fil-finali.<ref>{{ċita aħbar|url=http://news.bbc.co.uk/sport2/hi/football/europe/8685518.stm|titlu=Jose Mourinho's Treble-chasing Inter Milan win Serie A |data=16 ta' Mejju 2010|xogħol=BBC Sport |aċċessdata=24 ta' Mejju 2010}}</ref>
 
Minħabba li kisbu l-i[[Scudetto]], il-[[Coppa Italia]] u ċ-[[2009–10 UEFA Champions League|Champions League]] fi staġun wieħed, Internazionale komplew [[It-Tripletta]], li sar l-ewwel tim Taljan li għamel dan. Madankollu, l-attentat tagħhom huwa li jiddefendu dawn l-unuri mingħajr José Mourinho, kif hu kien maqbul fi ftehim biex jittieħed l-inkarigu mal-klabb Spanjol Real Madrid fit-28 ta' Mejju 2010.<ref>{{ċita aħbar| url=http://news.bbc.co.uk/sport1/hi/football/europe/8708315.stm |xogħol=BBC Sport |editur=British Broadcasting Corporation | titlu=Mourinho unveiled as boss of Real | data=31 ta' Mejju 2010}}</ref> Inter ħatru lil [[Rafael Benítez]] bħala kowċ ġdid wara li ffirma kuntratt ta' sentejn f'Ġunju 2010.
 
Fil-21 ta' Awwissu 2010, Inter għelbu lil Roma 3–1 u rebħu s-[[Supercoppa Italiana 2010]], li kienet ir-raba trofew tas-sena. F'Diċembru 2010, huma ħadu t-trofew tat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2010|Tazza tad-Dinja tal-Klabbs]] għall-ewwel darba wara rebħa ta' 3–0 kontra [[TP Mazembe]] fil-finali.<ref>{{ċita web|url=http://soccernet.espn.go.com/report?id=309865&cc=5739|titlu=TP Mazembe 0–3 Internazionale|data=18 ta' Diċembru 2010|xogħol=ESPN Soccernet|aċċessdata=18 ta' Diċembru 2010}}</ref> Internazionale komplew ''[[Il-Kwadruplu]]'', li sar ir-raba' tim fid-dinja wara Liverpool fl-2001, [[Al-Ahly]] fl-2006 u Barcelona fl-2009.
 
Madankollu, wara din ir-rebħa, fit-23 ta' Diċembru, minħabba prestazzjoni fqira tiegħu fis-Serie A u 13-il punt separati mill-mexxejja tal-kampjonat Milan (għalkemm Inter lagħbu żewġ logħbiet inqas, minħabba l-appuntament tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs), it-tim ħabbar it-tluq ta' Rafael Benítez fuq il-websajt tiegħu.<ref>{{ċita aħbar|url=http://www.inter.it/aas/news/reader?N=35392&L=en |titlu= Inter and Benitez separate by mutual agreement |data=23 ta' Diċembru 2010 |xogħol=inter.it}}</ref> L-għada, huwa ġie sostitwit minn [[Leonardo Araújo|Leonardo]].<ref>{{ċita aħbar|url=http://www.inter.it/aas/news/reader?N=35398&L=en |titlu= Welcome Leonardo! Inter's new coach |date=24 ta' Diċembru 2010 |work=inter.it}}</ref>
 
==Referenzi==