Inter: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 115:
 
Wara din ir-rebħa, il-klabb iddeċieda li jkeċċi lil Mancini fid-29 ta' Mejju, minħabba li ċċita d-dikjarazzjonijiet tiegħu wara t-telfa kontra Liverpool fil-UEFA Champions League bħala raġuni.<ref name="mancini_inter">{{ċita aħbar |url=http://www.inter.it/aas/news/reader?N=29393&L=en |editur=FC Internazionale Milano |aċċessdata=29 ta' Mejju 2008 |data=29 ta' Mejju 2008 |titlu=FC Internazionale}}</ref>
 
==== Storja moderna (2008–preżent) ====
 
Fit-2 ta' Ġunju, Inter ħabru fuq il-websajt uffiċjali tagħhom li huma kienu ħatru lil eks kowċ ta' [[FC Porto|Porto]] u [[Chelsea FC|Chelsea]] [[José Mourinho]] bħala kowċ prinċipali, flimkien ma' [[Giuseppe Baresi]] bħala assistent tiegħu. Dan għamel lil Mourinho l-unika kowċ barrani fl-Italja fil-bidu tal-istaġun 2008–09.<ref>{{ċita aħbar |url=http://www.inter.it/aas/news/reader?N=41433&L=it |editur=FC Internazionale Milano |lingwa=Taljan |titlu=Nuovo allenatore: Josè Mourinho all'Inter |aċċessdata=2 ta' Ġunju 2008 |data=2 ta' Ġunju 2008}}</ref> Mourinho għamel biss tliet żidiet għall-iskwadra matul il-perjodu ta' trasferimenti tas-sajf tal-2008 fil-forma ta' [[Mancini (futbol Brażiljan)|Mancini]],<ref>{{ċita aħbar |url=http://www.goal.com/en/Articolo.aspx?ContenutoId=777599 |editur=Goal.com |titlu=Official: Inter sign Mancini |aċċessdata=20 ta' Lulju 2008 |data=20 ta' Lulju 2008}}</ref> [[Sulley Muntari]],<ref>{{ċita aħbar |url=http://www.goal.com/en-us/Articolo.aspx?ContenutoId=794438 |editur=Goal.com |titlu=Official: Inter sign Muntari |aċċessdata=15 ta' Awwissu 2008 |data=28 ta' Lulju 2008}}</ref> u [[Ricardo Quaresma]].<ref>{{ċita web|url=http://www.goal.com/en/Articolo.aspx?ContenutoId=843526 |titlu=Official: Quaresma Joins Inter |isem=Scime |kuljom=Adam |editur=Goal.com |data=1 ta' Settembru 2008 |aċċessdata=1 ta' Settembru 2008}}</ref> L-ewwel staġun taħt Mourinho bħala kowċ ta' Inter, in-''Nerazzurri'' rebħu s-Super Cup Taljana u r-[[Serie A 2008–09|raba' titolu konsekuttiv]] tas-Serie A, madankollu, kienu eliminati mill-ewwel fażi eliminatorja tal-UEFA Champions League għat-tielet darba konsekuttiva, din id-darba kontra [[Manchester United FC|Manchester United]]. B'din ir-rebħa għar-raba' darba konsekuttiva, Inter issieħbu ma' [[Torino FC|Torino]] u Juventus bħala l-uniċi timijiet li għamlu dan u l-ewwel biex lestew din il-proeza fl-aħħar 60 sena.
 
Inter gawdew aktar xortihom fil-[[UEFA Champions League 2009–10]], din darba was għall-kwarti tal-finali billi eliminaw lil eks tim ta' Mourinho, Chelsea, b'rebħa ta' 3–1 bl-aggregat; din kienet l-ewwel darba fi tliet snin għan-''Nerazzurri'' li għaddew mill-ewwel rawnd ta' eliminazzjoni. Imbagħad Inter progressaw għas-semi-finali tat-turnew billi rebħu lil CSKA Moscow 2–0 bl-aggregat. Inter irnexxilhom sabiex jiksbu rebħa ta' 3–1 kontra ċ-ċampjins Spanjoli Barcelona fl-ewwel leg tas-semi-finali. Fit-tieni leg, Inter tilfu 1–0 iżda rebħu 3–2 bl-aggregat u b'hekk waslu għall-ħames Finali tat-Tazza taċ-Ċampjins/Champions League, ma' [[FC Bayern Munich|Bayern Munich]] bħala avversarji. Huma rebħu l-logħba 2–0 grazzi għaż-żewġ gowls minn [[Diego Milito]], u kienu nkurunati bħala ċampjins tal-Ewropa.<ref>{{ċita aħbar|url=http://news.bbc.co.uk/sport2/hi/football/europe/8697017.stm|titlu=Bayern Munich 0–2 Inter Milan|data=22 ta' Mejju 2010|xogħol=BBC Sport |aċċessdata=24 ta' Mejju 2010}}</ref>
 
==Referenzi==