Inter: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 105:
 
Matul l-istaġun, Inter marru fil-ksur tar-rekords bi 17-il rebħa infila fis-Serie A, huwa bdew fil-25 ta' Settembru 2006 b'rebħa ta' 4–1 f'darhom kontra [[AS Livorno Calcio|Livorno]], u spiċċaw fit-28 ta' Frar 2007, wara dro ta' 0–0 f'darhom kontra [[Udinese Calcio|Udinese]]. Ir-rebħa ta' 5–2 kontra [[Calcio Catania|Catania]] fil-25 ta' Frar 2007 kisret ir-rekord oriġinali ta' 15-il logħba miżmuma minn kemm Bayern Munich u Real Madrid mill-''Big 5'' (l-ogħla kampjonati fl-Italja, l-[[Premier League|Ingilterra]], [[La Liga|Spanja]], [[Ligue 1|Franza]] u l-[[Fußball-Bundesliga|Ġermanja]]). Il-ġirja damet għall-kważi ħames xhur u nfirxet fost l-aqwa kampjonati Ewropej tal-futbol, flimkien ma [[SL Benfica|Benfica]] (29 rebħa), [[Celtic FC|Celtic]] (25 rebħa) u [[PSV Eindhoven]] (22 rebħa). Il-forma ta' Inter tnaqset ftit kif dawn ġew dro ta' 0–0 u 2–2 ma' timijiet li kienu qegħdin jiġġildu għar-relegazzjoni [[Reggina Calcio|Reggina]] u [[US Città di Palermo|Palermo]] rispettivament, f'din logħba Inter qamu wara t-tieni taqsima fejnu kien qegħdin jitilfu 2–0 mal-ewwel taqsima. Huma ma setgħux iżommu l-forma b'saħħitha tagħhom qrib it-tmiem tal-istaġun kif ukoll tilfu l-ewwel logħba tal-istaġun domestiku kontra Roma f'San Siro. Inter kienu gawdew minn perjodu mingħajr telf fis-Serie A għal sena.
 
Fit-22 ta' April 2007 Inter rebħu t-tieni scudetto konsekuttiva tagħhom wara rebħa ta' 2–1 kontra [[AC Siena|Siena]] fl-i[[Stadio Artemio Franchi (Siena)|Stadio Artemio Franchi]]. Id-difensur rebbieħ tat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol|Tazza tad-Dinja]] [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja|Taljan]] [[Marco Materazzi]] skorja ż-żewġ gowls fit-18 u s-60 minuta.
[[File:Ibrabalotelli.jpg|thumb|right|[[Zlatan Ibrahimović]] u [[Mario Balotelli]] kontra [[US Città di Palermo|Palermo]] fl-2009]]
Inter bdew l-[[Serie A 2007–08|istaġun 2007–08]] bil-mira li jirbħu kemm is-Serie A u l-UEFA Champions League. It-tim beda tajjeb fil-kampjonat, huma kien fil-quċċatta mill-ewwel rawnd, u rnexxielhom ukoll jikkwalifikaw għall-fażi eliminatorja tal-UEFA Champions League; madankollu, Inter tilfu b'żewġ gowls tard kontra [[Liverpool FC|Liverpool]] fid-19 ta' Frar fil-UEFA Champions League li dan ħawwat il-futur ta' [[Roberto Mancini]] ma Inter, u l-forma domestika ħadet dawran qawwi ta' fortuna mit-tim milli naqas li jirbaħ tliet logħbiet tas-Serie A (dro ma' [[UC Sampdoria|Sampdoria]] u l-avversarji maġġuri tal-kampjonat Roma, qabel ma tilfu barra minn darhom kontra [[SSC Napoli|Napoli]], l-ewwel telfa domestika tagħhom tal-istaġun). Wara li ġew eliminati mill-UEFA Champions League permezz ta' Liverpool, Mancini ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jitlaq l-impjieg tiegħu, setgħa biss jibdel l-opinjoni tiegħu l-għada.
 
==Referenzi==