Dun Ġorġ Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 217.71.180.22 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Leli Forte
No edit summary
Linja 52:
Darba minnhom, Dun Ġorġ Preca kien għaddej fil-knisja ta' San Gejtanu u sema' lis-sagristan jgħallem id-duttrina lit-tfal. Tifel staqsa lis-sagristan: “Lil Alla, min ħalqu?” U dak wieġbu: “Alla sar waħdu.”, meta kellu jwieġbu "Alla kien minn dejjem." Dun Ġorġ intebaħ li hemm bżonn li jsir xi ħaġa sabiex lin-nies jingħatalhom tagħlim Nisrani kif xieraq.
 
Għall-ħabta ta' ltal-aħħar ta' Jannar 1907 Dun Ġorġ sejjaħ mill-ġdid lill-grupp taż-żgħażagħ u nhar it-2 ta' Frar iltaqgħu fil-Knisja Ta' Nuzzo, il-Ħamrun, għal lezzjoni tiegħu. Nhar is-7 ta' Marzu ltaqgħu għall-ewwel darba f'post ċkejken li kienu krew f'n. 6, Triq Fra Diegu, l-Ħamrun. Dawn iż-żewġ dati jimmarkaw it-twaqqif tas-Societas Doctrinae Christianae (Soċjetà tad-Duttrina Nisranija): grupp ta' żgħażagħ lajċi iffurmati fil-ħajja tar-ruħ u fil-prinċipji tar-reliġjon kattolika, mibgħuta biex jgħallmu l-poplu. Għall-bidu, Dun Ġorġ sejjaħ l-għaqda tiegħu Societas Papiduum et Papidissarum jew “Xirka ta' Ulied il-Papa” għaliex ried jisħaq fuq il-lealtà lejn il-Papa. Intant, soċju, Salvu Muscat issuġġerixxa l-isem “Mużew” u biż-żmien dan l-isem qabad u baqa'. Dun Ġorġ fassal akronimu mill-kelma “MUSEUM” bil-Latin: "Magister utinam sequatur Evangelium universus mundus!" (Mgħallem, li kien id-dinja kollha timxi fuq l-Evanġelju!!!).
=== Is-Sezzjoni Femminili tas-Soċjetà tal-MUSEUM ===
Linja 65:
{{kwota|Intom is-superjuri, jiena sudditu tagħkom. Għandi nobdikom. Inneħħihom kollha.}}
 
Numru ta' kappillani nsistew biex din l-ordni tal-Vigarju Ġenerali tiġi revokata. Kien għall-ħabta ta' ltal-1910 li Dun Ġorġ kellu esperjenza mistika qawwija li hu kien isejjah “il-famuża dehra ta' Ġesù Tfajjel”. Kien għaddej ħdejn is-Salib tal-Marsa meta jilmaħ tfajjel ta' madwar tnax-il sena jimbotta karetta b'qoffa demel. It-tifel ikkmandah: “Aghtini l-ghajnuna!” Kif Dun Ġorġ medd idejh biex jagħtih l-għajnuna, ħass ħlewwa li ma bhalha u ma setax isib tarf ‘il fejn hu u t-tifel marru bil-karretta. Wara li rrifletta, Dun Ġorg intebaħ li t-tifel kien Ġesù, u d-demel jew fertilizzant ifisser it-tagħlim.
 
Bejn l-1914 u l-1915 bdew jidhru fil-ġurnali lokali xi artikli kontra l-M.U.S.E.U.M. li kienu mimlijin disprezz u nġurji. Dun Ġorġ impona fuq il-membri tiegħu il-vot jew wegħda tal-manswetudni li biha ntrabtu li jaħfru mill-qalb lil min ikasbarhom u kien jinsisti magħhom biex “iħobbu d-disprezzi” u ma jħallux li dawn itelfulhom il-paci ta' qalbhom. Fl-1916 l-Isqof Mauro Caruana ordna li ssir inkjesta dwar is-Socjetà. Kellhom jgħaddu 25 sena mit-twaqqif tagħha sabiex fit-[[12 t'April]] [[1932]], l-[[Isqof]] ta' Malta, [[Dom Maurus Caruana]] OSB approva r-Regola u s-Soċjetà ta' Dun Ġorġ.
Linja 73:
 
== Is-Soċjetà tal-MUSEUM tinfirex ==
Id-Djar għat-tagħlim nisrani bdew jiftħu waħda wara l-oħra fil-parroċċi. Inħass il-bżonn kbir ta' ltal-edukazzjoni reliġjuża tal-poplu għax il-ħajja nisranija tal-kotra kienet mibnija fuq is-sagramenti u d-devozzjonijiet bla ma kien hemm għeruq sodi fit-tagħlim tal-Knisja. It-tfal bdew jiġu kuljum fid-Djar ta' Dun Ġorġ għax hemm sabu nies dedikati li jgħinuhom jikbru, mhux biss fil-ħinijiet tat-tagħlim iżda wkoll waqt il-logħob.
 
Sa mill-bidu nett, Dun Ġorġ obbliga lill-katekisti tal-MUSEUM li kuljum, wara li jkunu temmew jgħallmu liż-żgħar u lill-kbar, jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta' formazzjoni (L-Assenjatur).
Linja 80:
 
== Dun Ġorġ u l-Ilsien Malti ==
Dun Ġorġ(1880-1962) waqqaf is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) fi żmien ta' injoranza reliġjuża kbira. Fi żmienu l-kotba bil-Malti kienu ftit. Kieku ma kinitx il-ħeġġa ta' għadd ta' saċerdoti, fosthom Dun Ġorġ, li bdew jibnu librerija reliġjuża bil-Malti, il-poplu Malti qajla kellu x'jaqra bl-ilsien tiegħu stess. Fl-istess żmien saru diversi traduzzjonijiet u kotba ta' mogħdija ta' żmien minn awturi bħal [[Alfons Marija Galea]] u [[Annibale Preca]]. Imma, fil-qasam tat-teoloġija ( ma kien hawn kważi xejn. Dun Ġorġ kiteb madwar 150 ktieb, li jvarjaw fid-daqs, kollha fuq suġġetti reliġjużi. Kiteb għadd kbir ta' kotba ta' tagħlim dwar it-Teoloġija Dommatika, il-Morali u l-Ispritwalità. Ikkompona għadd kbir ta' libretti ta' talb, kemm għall-użu privat tas-Soċjetà Museumina, u kemm għad-devozzjoni popolari. Kien appostlu tal-Kelma ta' Alla, speċjalment tal-Evanġelju li kien isejjaħlu “Leħen il-Maħbub”. Kien jinsisti li s-soċji u l-poplu jitgħallmu siltiet qosra mill-Evanġelu bl-amment. Barra minn hekk Dun Ġorġ ħadem ħafna biex il-Bibbja tkun f'idejn il-poplu bl-ilsien tiegħu. Hu nnifsu ttraduċa xi siltiet minnha iżda fuq kollox kien ta' ltal-akbar appoġġ għall-Prof [[Pietru Pawl Saydon]] li qaleb il-Bibbja kollha mill-ilsna oriġinali għall-Malti u li b'rikonoxxenza ħalla d-drittijiet ta' ltal-istampa lis-Soċjetà ta' Dun Ġorġ.
 
=== Kotba tiegħu ===
Fost l-aqwa kotba ta' Dun Ġorġ Preca nsibu ''Is-Sakrarju ta' ltal-Ispirtu ta' Kristu, Il-Ġinnasju Spiritwali, Il-Ktieb il-Kbir, Il-Ktieb tal-Mezzi u tas-Sinjali'' u ''Ittra Popolari fuq il-Manswetudni''.Dun Ġorġ qatt ma ried li jidher ismu fil-ħafna kotba li kiteb, anzi meta xi ħadd kien ifaħħarlu l-kotba tiegħu kien jgħid li dawk kienu “kotba minn kotba” u mhemm xejn oriġinali fihom.
==== Il-Ktieb tal-Mezzi u tas-Sinjali ====
Dan il-ktieb, li filfatt huwa żewġ kotba f'wieħed, huwa miktub bl-istil popolari ta' sentenza sentenza minflok paragrafi, fis-serje ta' kotba miktuba minn Dun Ġorġ biex igħallem lill-poplu bi kliem sempliċi u b'messaġġ li jidħol dritt fil-qalb. Tagħlim li għandu l-bażi tiegħu fl-Vanġelu u fil-kotba tal-qaddisin u l-axxeti u, għalhekk, hu sinteżi tal-ħajja qaddisa li għaliha hu msejjaħ kulħadd. Dan l-istil ta' kitba kien ħafna għal qalb Dun Ġorġ. Hu nnifsu kien jemmen li l-bniedem jitħajjar jaqra iżjed ftit sentenzi qosra mimlijin sugu u li jista' faċilment iżommhom f'moħħu għal tul taż-żmien. Dun Ġorġ kien ħsiebu biss biex iwassal it-tagħlim tal-ħajja eterna lil ħutu Maltin. Dan il-ktieb huwa xhieda oħra tal-moħħ versatili ta' Dun Ġorġ li kien dejjem joħroġ ktieb wara l-ieħor biex il-messaġġ tal-Vanġelu jasal b'mod li jiftiehem mill-poplu kollu. Dan ukoll hu dokument importanti li juri s-sentimenti nobbli tal-qalb ta' Dun Ġorġ - qalb imfawra bl-imħabba tiegħu lejn Alla u lejn il-bnedmin.
Linja 125:
 
=== Il-Malti ta' Dun Ġorġ ===
Il-Malti ta' Dun Ġorġ kien marbut xi ftit iżżejjed mat-Taljan, l-iktar fl-ewwel kotba tiegħu. Aktar ma għadda ż-żmien, aktar sab min jgħinu fil-libsa letterarja tal-kotba. Qabel jistampa xi ktieb kien jgħaddih lil xi membru tal-Museum biex jiktibhulu bil-“Malti ta' ltal-Għaqda” jiġifieri bl-alfabett ta' ltal-[[Għaqda tal-Kittieba tal-Malti]], li ġie magħruf uffiċjalment fl-1932. Għalkemm Dun Ġorġ kien jagħmel tajjeb li kieku evita xi kelmiet taljanizzati żżejjed, hu fatt li ma tantx kien possibli li jaħrab l-użu ta' xi espressjonijiet, meta niftakru li hu kien qed jaqleb għall-Malti kliem tekniku fit-teoloġija li sal-lum, għadna nsibu diffikultà biex nagħtuh il-forma Maltija. U wkoll, ħafna mill-kliem li kienu jevitaw il-puristi u li Dun Ġorġ kitbu, illum sar parti mill-ilsien Malti.
 
=== L-istudjużi fuq kitbietu ===
{{kwota|… Dun Ġorġ ħaddem il-kelma Maltija, bla xejxi kif kien jafha, biex jgħallem lill-kotra. Inqeda bil-lingwaġġ ħafif tagħha u llum għandu jitqies bħala wieħed minn dawk li wettqu bil-fatti, u mhux bit-teoriji, il-verità ta' ltal-użu tal-kelma lokali għal kull xorta ta' tagħlim. Għandu jitqies fid-dawl (jew dlam?) ta' dawk is-snin li fihom it-tħaddim tal-Malti kien ifisser stigma kerha.}} Prof [[Oliver Friggieri]], 1974
 
Mons. Lawrenz Cachia, studjuż ieħor tal-Malti kiteb hekk:
Linja 134:
 
Dwar il-kontenut tal-kotba ta' Dun Ġorġ, il-Prof [[Peter Serracino Inglott]] kiteb:
{{kwota|Dun Ġorġ jistħoqqlu post mill-ogħla f'dak li tħaddim ta' ltal-ilsien Malti. Żgur li qatt ma fittex unuri f'dan il-qasam, kif ma fittixhomx f'ebda qasam ieħor, iżda f'dan għadu sal-lum mhux rikonoxxut kif jixraqlu… Mhemmx kliem li jdoqq falz jew vojt f'dak li jiena qrajt minn Dun Ġorġ. Ebda tiżjin fieragħ, ebda elokwenza biex timpressjona, ebda artifiċjalità, iżda t-tiftix ta' dak li hu essenzjali, tal-preċiżjoni fl-istqarrija tas-sewwa, li twasslu biex jivvinta kliem li jimlew vojt fil-lingwa, li jsawwar vokabularju biex jilma minnu aħjar is-sebħ tal-kelma t'Alla.}}
 
=== Il-Misteri tad-Dawl u Talb ieħor ===
Linja 146:
== Verbum Dei u Devozzjonijiet oħra ==
=== Verbum Dei ===
Dun Ġorġ stinka ħafna biex tinxtered id-devozzjoni lejn il-misteru ta' ltal-Inkarnazzjoni. Sa mill-1917 beda jqanqal il-qima lejn il-kliem mill-Evanġelju ta' San Ġwann, “Verbum Dei caro factum est” (Ġw 1, 14). Ried li s-Soċji jilbsu badge b'dan il-kliem.
 
Mill-1920 ħa ħsieb li f'kull raħal u belt, lejlet il-Milied, tiġi organizzata “Dimostrazzjoni ad unur ta' Ġesù Bambin”, użanza li daħlet sew fost id-drawwiet sbieħ tal-Milied Malti. Ix-xewqa tiegħu kienet li għall-Milied kull tifel u tifla li kienu jattendu l-M.U.S.E.U.M. jieħdu magħhom id-dar, grotta b'Ġesù Tarbija.
Linja 153:
 
=== Il-Pjagi ta' Kristu ===
Jidher li d-devozzjoni ta' Dun Ġorġ lejn il-Pjagi bdiet wara li qara r-rivelazzjonijiet privati ta' Swor Marija Marta Chambon (1841-1907). Jingħad li Ġesù deher kemm-il darba lil din is-soru u urieha l-valur tal-Pjagi tiegħu u talabha biex ixxerred id-devozzjoni lejhom. Fl-1929 Dun Ġorġ irriforma l-ktieb tat-talb tal-Membri msejjaħ l-Arloġġ Museumin u beda regolament jinkludi l-offerta tal-Pjagi kważi f'kull talba li kiteb. Dun Ġorġ ġieli stqarr mas-soċji li kien iħossu persważ li lilu Ġesù għażlu biex 'jgħin' lil Swor Marija Marta Chambon fil-propagazzjoni tad-devozzjoni lejn il-Pjagi ta' Kristu. Iżda Dun Ġorġ mar 'l hemm mir-rivelazzjonijiet privati u sab il-pedament ta' din id-devozzjoni fil-Vanġeli. Fil-Pjagi kien jilmaħ l-eċċess ta' ltal-imħabba li wera Ġesù meta ħalla ħajtu għalina fuq is-Salib - tema li taqbel ma' Ġesù kurċifiss, "il-Ktieb il-Kbir", li tant kien jimmedita fuqu Dun Ġorġ.
=== Labtu tal-Karmnu ===
Dun Ġorġ ried li s-soċji u t-tfal kollha li jattendu l-MUSEUM jinkitbu fil-Labtu tal-Karmnu. Dun Ġorġ innifsu kien Terzjarju Karmelitan. Meta sar Terzjarju, Dun Ġorġ għażel l-isem Franku, għall-Beatu Karmelitan minn Siena. Dun Ġorġ kien juża dan l-isem, Patri Franku, f'bosta kitbiet tiegħu.
Linja 212:
 
== Mewt ==
Dun Ġorġ miet fis-[[26 ta' Lulju]] [[1962]] f'[[Santa Venera]], fejn qatta' l-aħħar xhur ta' ħajtu, u kien assistit mill-Kappillan ta' Santa Venera Patri Kilian Azzopardi, Karmelitan. Il-funeral tiegħu sar jumejn wara. Kien wieħed mill-akbar funerali li qatt saru f'Malta. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mill-Isqof [[Emanuel Galea]] fil-Knisja ta' San Gejtanu. Fil-Korteo kien hemm ukoll l-Aġent Priministru. Bi ftehim mal-United Motion Pictures ta' Londra, inġibed film ta' nofs siegħa bit-titlu MIET DUN ĠORĠ. F'Mejju 2007, id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ dan il-filmat storiku f'forma ta' DVD biex jinxtara mill-pubbliku. Fil-fatt dan kien l-ewwel dokumentarju li xxandar meta twaqqaf il-Malta Television (MTV) fl-1962.
 
Il-ġisem ta' Dun Ġorġ indifen ħdejn id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà, il-[[Blata l-Bajda]]. Nhar is-7 ta' Lulju 2000, il-ġisem tiegħu nstab kważi intatt 38 sena wara mewtu. Illum il-ġisem tiegħu jinsab fil-kappella tal-Madonna Mirakoluża taħt statwa tax-xama' li tirraffigurah.
Linja 225:
il-[[Papa Benedettu XVI]] iddikjara bil-Latin li
 
{{kwota|Għall-akbar ġieħ tat-Trinità Qaddisa, biex tiġi eżaltata l-fidi Kattolika, u biex tikber il-fidi Nisranija, bl-awtorità tas-Sinjur taghna Gesù Kristu, ta' ltal-Appostli qaddisa Pietru u Pawlu, u taghna, wara li ħsibna fit-tul u tlabna l-ghajnuna ta' Alla, u smajna l-parir ta' hutna fl-episkopat, niddikjaraw bhala qaddisin lill-Beati Gorg Preca, Xmun minn Lipnica, Patri Karlu ta' Sant' Andrija u Marie Eugenie ta' Gesù Milleret, ngħodduhom fil-lista tal-qaddisin u nistabbilixxu li fil-Knisja kollha jigu meqjumin mal-qaddisin.}}
 
F'omelija bit-Taljan prinċipalment fuq it-Trinita Qaddisa, għax dakinhar kienet is-Solennita tagħha, il-Papa Benedittu XVI fisser kif San Ġorġ Preca,
Linja 240:
Kien mument emozzjonanti għall-Maltin meta fi tmiem il-quddiesa, il-Papa Benedittu XVI tkellem bil-Malti. Qalilna,
 
{{kwota|Maħbubin ħuti fi Kristu, Maltin u Għawdxin, il-paċi magħkom. San Ġorġ Preca huwa l-ewwel iben kanonizzat ta' ltal-art ħelwa tagħkom. Huwa t-tieni missier tagħkom fil-fidi wara l-Appostlu San Pawl. Huwa jitlob dejjem għalikom biex tkunu tassew ħbieb l-Evanġelju. San Ġorġ Preca, itlob għalina!}}
 
== Parroċċi ddedikati lil San Ġorġ Preca ==
Linja 264:
== Fl-Arti ==
=== L-Oratorju ''Dun Ġorġ!'' ===
L-Oratorju ''Dun Ġorġ!'' inkiteb mill-Professur Oliver Friġġieri fuq mużika tal-Professur [[Charles Camilleri]]. Ittella' fil-Kon Katidral ta' San Ġwann nhar il-Ġimgħa 15 ta' Ġunju 2007 taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta. L-Orkestra u l-Kor tal-Collegium Musicum li pparteċipaw fl-oratorju kienu taħt id-direzzjoni ta' Maestro Dr Dione Buhagiar, b'Mario Bisazza bħala Leader ta' ltal-Orkestra. Ipparteċipaw ukoll is-Sopran Claire Caruana, is-Sopran Claire Massa u t-Tenur Charles Vella Zarb.
 
=== Id-Dramm ''Agħtini l-Għajnuna'' ===
Linja 279:
 
*Bonniċi, Alexander (1977) ''Dun Ġorġ Preca u s-Soċjeta' M.U.S.E.U.M.'', Reliġjon u Ħajja.
*Bonniċi, Alexander (1977) ''Dun Ġorġ Preca (1880-1962) : fid-dawl ta' ltal-ittri tiegħu'', M.U.S.E.U.M.
*Bonniċi, Alexander (1980) ''Dun Ġorġ Preca : ħajja-xiehda-dokumenti : vol. I : żmien ta' prova (1880-1916)'', M.U.S.E.U.M.
*Bonniċi, Alexander (1981) ''Dun Ġorġ Preca : ħajja-xhieda-dokumenti : vol. II : l-inkjesta tal-Knisja (1916-1917)'', M.U.S.E.U.M.