Tuneżija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 98:
==Lingwa u kultura==
 
L-[[Lingwa Għarbija|Għarbi]] huwa l-lingwa uffiċjali, u l-[[Għarbi Tuneżin]], magħruf bħala d-Derju huwa l-vernikular (Varjetà ta' Għarbi) użat mill-pubbliku inġenerali. Wieħed jista' saħansitra jsib ukoll minorità żgħira ta' nies li titkellem bix-Shelha, li huwa lsien Berberu.<ref>{{ċita web|url=http://library.uws.edu.au/adt-NUWS/public/adt-NUWS20040707.092709/ |urlarkivju=http://web.archive.org/web/20080526135310/http://library.uws.edu.au/adt-NUWS/public/adt-NUWS20040707.092709/ |dataarkivju=2008-05-26 |titlu=An outline of the Shilha (Berber) vernacular of Douiret (Southern Tunisia) |editur=Australian Digital Theses Program |data=2008-05-26 |aċċessdata=2013-01-19}}</ref> Minħabba l-okkupazzjoni tal-Franċiżi fil-passat, il-[[lingwa Franċiża]] tilgħab parti maġġuri f'dan il-pajjiż ukoll però din mhiexmhix meqjusa bħala waħda mill-lingwi uffiċjali tat-Tuneżija. Il-Franċiz huwa estensivament użat fil-qasam edukattiv, partikolarment għat-tagħlim tax-Xjenza fil-livell sekondarju, fil-ġurnali u sabiex ikun jista' jitħaddem in-negozju b'mod effiċjenti. Fl-2010 kien hemm madwar 6,639,000 kelliem tal-Franċiz ġewwa t-Tuneżija, voldieri hawnhekk qegħdin nirreferu għal 64% tal-popolazzjoni. It-[[Lingwa Taljana|Taljan]] huwa mifhum u mitkellem minn parti żgħira tal-poplazzjoni Tuneżjana.<ref>{{ċita ktieb|awtur=Justin McGuinness|titlu=Footprint Tunisia Handbook: The Travel Guide|url=http://books.google.com/books?id=f5r2KD61loIC|aċċessdata=26 ta' Jannar 2013|data=1 ta' Novembru 2002|editur=Globe Pequot Press}}ISBN 978-1-903471-28-9</ref> Il-kultura tat-Tuneżija hija waħda mħallta, dan għaliex il-pajjiż għadda minn qalbiet kbar matul l-istorja, fejn ġie ddominat minn diversi qawwiet li ħallew l-għelm tagħhom fuq din l-art Nord-Afrikana, Xi wħud jinkludu: il-Feniċi, Ir-Rumani, Il-Vandali, il-Biżantini, L-Għarab, It-Torok, l-Ispinardi u l-Franċiżi.
 
==Reliġjon==