Iżlanda: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 79:
L-'''Iżlanda''', uffiċjalment magħrufa bħala r-'''Repubblika tal-Iżlanda''', huwa pajjiż [[Pajjiżi Nordiċi|Nordiku]] iżolat għal kollox minn mal-kumplament tal-[[Unjoni Ewropea]]. Din il-gżira mbiegħda tinsab fil-konfluwenza tat-tramuntana tal-[[Oċean Atlantiku]] u l-Oċeani Artiċi fuq in-naħa Atlantika mezzana. Il-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż hija ta' madwar it-320,000 ruħ u l-erja totali tal-art hija ta' 103,000 kilometru kwadru, li tagħmilha l-inqas art ippopolata fl-Ewropa. [[Rejkjavik]] hi l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-pajjiż. Fil-postijiet tal-madwar fir-reġjun tal-ilbiċ tal-pajjiż joqogħdu żewġ terzi tal-popolazzjoni. Il-belt kapitali ta' dan in-nazzjon hija l-iktar belt li tinsab mibnija f'altitudni għolja fid-dinja. L-Iżlanda hija magħrufa għall-attività [[vulkan|vulkanika]] u [[gradjent ġeotermali|ġeolika]] tagħha. L-interjur jikkonsisti minn pjanura kkaretterizzata mir-ramel u mill-għelieqi tal-[[lava]], muntanji u glaċieri, waqt li bosta xmajjar glaċjali jogħlew sal-baħar mill-artijiet il-baxxi. L-Iżlanda jirnexxilha iżżomm it-temperatura tagħha sħuna permezz tal-kurrent tal-Golf u jingħad li l-Iżlanda għandha klima moderata minkejja l-altitudni għolja 'l barra miċ-[[Ċirku Artiku]].
 
Skont ''[[Landnámabók]]'', in-nies bdew jgħixu fuq dan il-pajjiż Nordiku sa mis-sena 847 WK meta l-kmandant [[Ingólfr Arnarson]] sar l-ewwel abitant permanenti ta' entiċità NorsaNorveġiża. Oħrajn kienu żaru l-gżira qabel u qagħdu hemmhekk sakemm tgħaddi x-xitwa kiefra. Matul is-sekli li ġejjin, in-[[Nies NorsiNorveġiżi|NorsiiNorveġiżi]] abitaw lill-Iżlanda u ġabu magħhom xi oġġetti ta' oriġini Gajlika. Mill-1262 sal-1918, l-Iżlanda kienet tifforma parti integrali min-Norveġja, u iktar tard parti mill-[[Monarkija tad-Danimarka|monarkiji Daniżi]]. Il-pajjiż attribwixxa l-indipendenza tiegħu fl-1918 u beda jissejjaħ Repubblika sa mill-1944. Sas-seklu għoxrin, il-popolazzjoni kienet tiddependi ħafna fuq is-sajd u l-agrikultura (voldieri l-produzzjoni ta' ħaxix u frott) u l-pajjiż kien meqjus bħala wieħed mill-iktar nazzjonijiet foqra u l-inqas avvanzati fid-dinja. L-industrijalizzazzjoni tal-pixkeriji u l-għajnuna mogħtija mingħand il-[[pjan Marshall]] ġabet il-prosperità fis-snin ta' wara t-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]], u sal-1990, l-Iżlanda rnexxielha ssir waħda mill-iktar pajjiżi sinjuri u żviluppati fid-dinja. Fl-1994, l-Iżlanda ssieħbet maż-żona ekonomika Ewropea, li fetħet lok għall-ekonomija sabiex tiddiversifika f'servizzi [[ekonomija|ekonomiċi]] u finanzjarji.
 
L-ekonomija tas-suq tal-Iżlanda hija waħda ħielsa, b'taxxi korporattivi li huma relattivament baxxi meta huma kkumparati ma' nazzjonijiet oħra tal-OECD , filwaqt li tinżamm sistema benesseri Nordika li tipprovdi l-kura tas-saħħa b'mod universali flimkien mal-edukazzjoni Terzjarja għaċ-ċittadini tagħha. Fl-2013, l-indiċi tan-nazzjonijiet unuti rigward l-iżvilupp tal-bniedem qiegħed lill-Iżlanda fit-tlettax-il post fejn ingħatat il-mertu preġjattiv tal-iktar nazzjon żviluppat fid-dinja. Però sabiex wieħed jasal fejn qiegħed illum jinħtieġlu li jgħaddi mill-iktar triq diffiċli u hawnhekk qegħdin nirreferi ghall-[[falliment bankarju]] tal-2008, din il-problema kkawżat ħafna inkwiet politiku. Fid-dawl tal-kriżi, l-Iżlandiżi ħasbu biex jikkontrollaw il-kapital tagħhom, żball ieħor li pprojbixxa lill-poplu milli jiġbed flusu minn diversi fergħat tal-bank. Għalkemm huma temporanji, il-kontrolli jibqgħu u huma fost l-ikbar ostakli għall-ksib tal-interessi nazzjonali fl-ekonomija Iżlandiża. Ir-rankatura tal-Iżlanda hija waħda għolja fl-istabilità ekonomika u politika, minkejja l-fatt li dawn l-oqsma għadhom għaddejjin minn proċess ta' rikoverazzjoni mill-[[kriżi finanzjarja 2008]]. L-ugwaljanza bejn is-sessi hija apprezzatta ħafna fl-Iżlanda, infatti fir-rapport globali tal-2012, li jitkellem rigward l-ugwaljanza, l-Iżlanda tokkupa l-ewwel post, segwita mill-[[Finlandja]], mill-[[Żvezja|Iżvezja]] u min-[[Norveġja]].
 
Il-[[Kultura tal-Iżlanda|kultura Iżlandiża]] hija bbażata fuq il-wirt Nordiku li jipposjedi dan il-pajjiż. Bosta Iżlandiżi huma d-dixxendenti ta' abitanti NorsiNorveġiżi u Galejeċi. L-[[Lingwa Iżlandiża|ilsien Iżlandiż]] huwa lsien Nord-Ġermaniku u huwa d-dixxendent dirett tal-ilsien qadim li kienu jitħaddtu bih in-NorsiNorveġiżi. L-Iżlandiż jixbah ħafna lill-Faroiż li huwa mitkellem fuq il-[[Gżejjer Foroe]], u jixxiebah mad-djaletti NorsinNorveġiż tal-punent. Il-wirt kulturali tal-pajjiż jinkludi l-kċina tradizzjonali Iżlandiża, il-poeżija u s-Sagas Iżlandiżi li ġejjin miż-żminijiet tan-nofs (Il-Medju-Evu). Fost il-membri tan-[[NATO]], l-iżlanda għandha l-iċken popolazzjoni u hija l-uniku nazzjon li m'għandux [[Lista ta' pajjiżi mingħajr forzi armati|armata permanenti]] però wieħed jista' jsib armata gwardjana u difenditriċi mal-kosti Iżlandiżi.
 
==Il-Medju-Evu==