Dun Karm Psaila: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 5:
== Saċerdot u Għalliem ==
 
Fl-1885 daħal fis-Seminarju Minuri u tliet snin wara f’dak MaġġurMaġġuri biexsabiex jibda t-triq tas-saċerdozjuSaċerdozju. StudjaDun Karm studja l-Filosofija fl-1888 u t-Teoloġija lfl-1890 fl-Università ta' Malta. Dun Karm ġie ordnat qassis ta' 23 sena fl-[[1894]].
 
Taħt il-bixra serja tiegħu bis-suttana twila u sewda kien hemm iżda bniedem li baqa’ tifel: ċajtier u ferrieħi. Fis-seminarju baqa' jilgħab il-ballun kif kien jagħmel meta kien għadu tifel. Fil-ħin tal-mistrieħ kien joqgħod idoqq il-mandolina u jieħu sehem f’reċti fuq il-palk. Il-karattru ferrieħi tiegħu kien jagħmlu ħabib ta’ kulħadd. Hekk ukoll baqa' wara li sar qassis.
 
Bejn l-1895 u l-1921 għallem bosta suġġetti fis-Seminarju, fosthom it-[[Lingwa Taljana|Taljan]], il-[[Lingwa Latina|Latin]], l-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]], l-[[Aritmetika]], il-[[ĠografijaĠeografija]], il-[[Kożmografija]], l-[[Storja tal-Knisja|Istorja tal-Knisja]] u l-[[Arkeoloġija Kristjana]]. Fl-1921 ġie nominat Kanonku Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral. Fl-istess sena inħatar Assistent Librar fil-[[Librerija Nazzjonali]] u sentejn wara direttur tal-Libreriji Ċirkolanti, pożizzjoni li żamm sa meta rtira fl-1936.
 
Fl-1940 Dun Karm sar l-ewwel direttur spiritwali tal-Leġjun ta’ Marija. Kien ukoll ħabib tas-saċerdot qaddis [[Dun Ġorġ Preca]]. Meta f’nofs is-snin erbgħin Preca kellu l-ħsieb li s-Soċjetà tal-Mużew ikollha skola ddedikata lil San Mikiel, talab lil Dun Karm jiktiblu innu għat-tfal ta’ din [[St. Michael School|l-iskola]]. Imma qabelxejn qallu x’kienu l-prinċipji li fuqhom riedha tkun mibnija din l-iskola, jiġifieri d-dixxiplina, l-imħabba, il-ferħ u li kollox isir f’ħinu u f’waqtu. Dun Karm ikkuntentah u kitiblu tliet strofi sempliċi fuq mużika tal-Maestro Ġużè Abela Scolaro.