Iżlanda: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 112:
 
L-Iżlanda għandha tliet parkijiet nazzjonali, dawn huma: Il-park nazzjonali ta' Vatnajökull, il-park nazzjonali ta' Snæfellsjökull,u l-park nazzjonali ta' Þingvellir. Il-pajjiż huwa kkunsidrat bħala parteċipant b'saħħtu fejn tidħol il-protezzjoni tal-ambjent, infatti l-Iżlanda tinsab ikklassifikata fit-tlettax-il post għall-prestazzjoni eċċellenti tal-ambjent li huwa mogħni bih il-pajjiż għax fl-aħħar mill-aħħar l-għallmu kollu li qiegħed jagħmel dan il-pajjiż huwa ġest umli li jinħtieġlu kull rispett u apprezzament.
 
==Ġeoloġija==
 
L-Iżlanda hija art li għadha ġeoloġikament żagħżugħa. L-Iżlanda tinsab kemm fuq ix-xifer tagħha nfisha kif ukoll fuq dak Mid-Atlantiku, li jittraversa dritt minn ġol-art. Din il-lokazzjoni tqiegħed lill-Iżlanda f'pożizzjoni ġeoloġika ferm attiva b'ħafna vulkani, bħal: Hekla, Eldgjá, Herðubreið u Eldfell. L-eruzzjoni vulkanika ta' Laki fl-1783–1784 ikkawżat ġuħ kbir li kien kważi qatel kwart mill-popolazzjoni tal-gżira, l-eruzzjoni kienet ikkawżat il-formazzjoni ta' sħab bit-trab, kif ukoll ċpar totali li deher minn bosta postijiet Ewropej u minn ċerti artijiet Afrikani u Asjatiċi, din in-nuqqas ta' viżibilità damet għal diversi xhur. L-Iżlanda għandha ħafna Gejżers, inkluż Geysir, minn fejn hija mnissla l-kelma Ingliża u l-famuż Strokkur li jiżbroffa kull 5-10 minuti. Wara fażi ta' inattività Geysir beda jerġa' jiżbroffa wara serje ta' terremoti li seħħew fis-sena 2000. Il-Gejżer ma baqax jiżbroffa regolarment wara l-jum meta seħħew it-terremoti.
 
[[File:Glacier Lake - Jökulsárlón Iceland 2003-08-31.jpg|thumb| Il-Lag Glaċjali - ta' Jökulsárlón fl-Iżlanda]]