Iżlanda: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 84:
 
Il-[[Kultura tal-Iżlanda|kultura Iżlandiża]] hija bbażata fuq il-wirt Nordiku li jipposjedi dan il-pajjiż. Bosta Iżlandiżi huma d-dixxendenti ta' abitanti Norveġiżi u Galjeċi. L-[[Lingwa Iżlandiża|ilsien Iżlandiż]] huwa lsien nord-Ġermaniku u huwa d-dixxendent tal-ilsien qadim li kienu jitħaddtu bih in-Norveġiżi. L-Iżlandiż jixbah ħafna lill-Farsi li huwa mitkellem fuq il-[[Gżejjer Foroe]], u jixxiebah mad-djaletti Norveġiżi tal-punent. Il-wirt kulturali tal-pajjiż jinkludi l-kċina tradizzjonali Iżlandiża, il-poeżija u s-Sagas Iżlandiżi li ġejjin miż-żminijiet tan-nofs (Il-Medju-Evu). Fost il-membri tan-[[NATO]], l-iżlanda għandha l-iċken popolazzjoni u hija l-unika nazzjon li m'għandux [[Lista ta' pajjiżi mingħajr forzi armati|armata permanenti]] però wieħed jista' jsib armata gwardjana u difenditriċi tal-kosti Iżlandiżi.
 
==L-ilsien Iżlandiż==
 
L-ilsien Iżlandiż huwa meqjus bħala l-ilsien uffiċjali ta' dan in-nazzjon, lingwa miktuba u mitkellma li hija mnissla direttament min-Norveġiż arkajk. Il-grammatika u l-vokabularju ta' dan l-ilsien ma tantx jidhru li nbidlu meta wieħed jikkunsidra l-ilsien li kienu jitkellmu bih in-Norveġiżi fil-passat u l-lingwi Nordiċi l-oħra. L-Iżlandiż irnexxielu jippreserva iktar verbi u l-inflessjoni tan-nom, u sa ċertu punt irnexxielu jiżviluppa vokabularju ġdid ibbażat fuq għeruq nattivi, minflokk ġie missellef kliem ieħor minn lingwi oħra. It-tendenza puristika li nsibu fl-iżvilupp tal-vokabularju Iżlandiż hija ġejja mill-ippjanar lingwistiku li sar matul il-medda taż-żminijiet b'mod konxju, minkejja sekli sħaħ ta' Iżolament,maqtugħin mill-umanità. L-Iżlandiż huwa l-uniku lsien ħaj li żamm l-użu tal-ittra Runika: Þ, b'kitba Latina. L-eqreb ilsien tal-Iżlandiż huwa lsien Ġermaniku ieħor, il-Farsi.
 
L-Ingliż u d-Daniż huma meqjusin bħala suġġetti obbligatorji li qegħdin fil-kurrikulu skolastiku ta' dan in-nazzjon. Iż-żewġ lingwi huma mifhuma u mitkellma. Ilsna oħra li huma mitħaddta frekwentament jinkludu: Il-Farsi, Il-Ġermaniż, in-Norveġiż u l-Iżvediż. Id-Daniż huwa mitkellem tant li saħansitra huwa mifhum min-Norveġiżi u mill-Iżvediżi, mlaqqma bħala Skandinavi fl-Iżlanda. L-Iżlandiżi jagħmlu użu minn żewġ tipi ta' sistemi partikolari li jgħinu fil-kostruzzjoni ta' ismijiet ġodda, sistemi li jmorru kontra s-sistemi użati minn nazzjonijiet Ewropej oħra, dawn is-sistemi mħaddma jissejħu: Patronimiċi u Matronimiċi. Is-sistemi Patronimiċi u Matronimiċi jsegwu l-isem mogħti lill-persuna kkonċernata, eż: Elísabet Jónsdóttir ("Elísabet, bint Jón's") jew Ólafur Katrínarson ("Ólafur, iben Katrín"). Konsegwentament l-Iżlandiżi jirriferu għal xulxin permezz tal-ewwel isem biss meta jidħlu f'konversazzjoni ma' individwu ieħor li jipprattika l-istess kultura , u tajjeb li ngħidu wkoll li d-direttorju tat-telefonu Iżlandiż, jelenka l-ismijiet alfabetikament bl-ewwel isem minflokk bil-kunjom.
 
 
==Referenzi==