Iżlanda: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 3:
 
==L-Iżlanda==
''L-Iżlanda'', uffiċjalment magħrufa bħala r-Repubblika tal-Iżlanda, huwa pajjiż iżolat għal kollox minn mal-kumplament tal-Unjoni Ewropea. Din il-gżira mbiegħda tinsab fil-konfluwenza tat-tramuntana tal-oċean Atlantiku u l-oċeani Artiki fuq in-naħa Atlantika mezzana. Il-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż hija ta' madwar it-320,000 ruh u l-erja totali tal-art hija ta' 103,000 kilometru kwadru, li tagħmilha l-inqas art ippopolata fl-Ewropa. Reykjavík hija meqjusa bħala l-ikber belt tal-pajjiż , u ġġorr it-titlu ta' kapitali, billi l-postijiet tal-madwar fir-reġjun tal-ilbic tal-pajjiż jkunu djar, fejn tistrieh żewġ terzi tal-popolazzjoni tal-pajjiż. Il-kapitali ta' dan in-nazzjon hija l-aktar waħda fid-dinja li hija ppożizzjonata fit-tramuntana. L-Iżlanda hija magħrufa għall-attività vulkanika u ġeolika tagħha. L-interjur jikkonsisti minn pjanura kkaretterizzata mir-ramel u mill-għelieqi tal-lava, muntanji u glaċieri, waqt li bosta xmajjar glaċjali jogħlew sal-baħar mill-artijiet il-baxxi. L-Iżlanda jirnexxilha iżżomm it-temperatura tagħha sħuna permezz tal-kurrent tal-Golf u jingħad li l-Iżlanda għandha klima moderata minkejja l-altitudni għolja 'l barra miċ-ċirku Artiku.
 
Skont Landnámabók, in-nies bdew jgħixu fuq dan il-pajjiż Nordiku mis-sena 847 W.K meta l-kmandant Ingólfr Arnarson sar l-ewwel abitant permanenti ta' entiċità nordika tal-gżira. Oħrajn kienu żaru l-gżira qabel u qagħdu hemmhekk sakemm tgħaddi x-xitwa kiefra. Matul is-sekli li ġejjin, in-Norveġiżi abitaw lill-Iżlanda u ġabu magħhom xi oġġetti ta' oriġini Gajlika. Mill-1262 sal-1918, l-Iżlanda kienet tifforma parti integrali min-Norveġja, u iktar tard parti mil-monarkiji Daniżi. Il-pajjiż attribwixxa l-indipendenza tiegħu fl-1918 u beda jissejjaħ Repubblika sa mis-sena tal-1944. Sas-seklu għoxrin, il-popolazzjoni kienet tiddependi ħafna fuq is-sajd u l-agrikultura (voldieri t-tkabbir ta' ħaxix u frott) u l-pajjiż kien meqjus bħala wieħed mill-iktar artijiet foqra u l-inqas avvanzat fid-dinja. L-industrijalizzazzjoni tal-pixkeriji u l-għajnuna mogħtija mingħand il-pjan Marshall ġabet il-prosperità fis-snin ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u sal-1990, l-Iżlanda rnexxielha ssir waħda mill-iktar pajjiżi sinjuri u żviluppati fid-dinja. Fl-1994, l-Iżlanda ssieħbet maż-żona ekonomika Ewropea, li fetħet lok għall-ekonomija sabiex tiddiversifika f'servizzi ekonomiċi u finanzjarji.