Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Ateni"

byte imneħħija ,  8 snin ilu
l-ebda taqsira
m (Bot: Migrating 165 interwiki links, now provided by Wikidata on d:q1524 (translate me))
Il-kapitali Griega għandha popolazzjoni ta' 745,514 (fl-2001) fiċ-ċentru amministrattiv tagħha. Iż-żona urbana testendi 'l barra mil-limiti amministrattivi tal-istess belt, b'popolazzjoni ta' 3,130,841 (fl-2001). Ateni hija ċ-ċentru ekonomiku, finanzjarju, industrijali u kulturali tal-Greċja, u fuq livell Ewropew u globali din għandha importanza notevoli.
 
Ateni hi l-aktar imfakkra fuq il-kotba tal-istorja bħala l-post fejn twieldet id-[[demokrazija]], li kienet is-seded tal-akkademja ta' [[Platun]] u l-liċew ta' [[AristotileAristotli]], u kif ukoll il-post tat-twelid ta' [[Sokrate]], [[Perikle]], [[Sofokle]] u filosfi u persunaġġi oħra importanti tal-antik. Barra minn hekk, kienet [[polis]] prosperuża u hi kkunsidrata bħala l-benniena taċ-ċiviltà tal-Punent.
 
Tradizzjonalment, il-protettriċi tal-belt hija l-alla [[Atena]], li tidher kemm fl-emblema tal-belt kif ukoll fil-bandiera.