Mafja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 78:
 
Dawn il-kuntatti kellhom l-għan li jiffaċilitaw l-iżbark tal-Alleati fuq ix-xtut Sqallin, u wara li jżommu stabilità politika tal-gżira. Meta Sqallija reġgħet lura taħt il-Gvern Taljan, il-mafja reġgħet bdiet tiġi użata biex ikun miġġieled is-Soċjaliżmu u l-Komuniżmu, u hekk il-mafja reġgħet ħadet ir-ruħ wara l-era Mori.
 
== Salvatore Giuliano ==
 
Fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Eżerċtu Volontarju għall-Indipendenza ta' Sqallija ħatret lill-bandit [[Salvatore Giuliano]], kap ta' grupp ta' kriminali kienu jitterrorizzaw lil Sqallija kollha bl-azzjonijiet tagħhom, bħala kurunell tagħha.
 
Giuliano sar ħaġa waħda mal-propjetarji mafjużi u mal-politiċi tad-''Democrazia Cristiana'', u wettqu diversi attakki f'Palermo u fi Trapani kontra l-kwartieri tal-Partit Komunista u l-Partit Soċjalista: attakki li laħqu l-quċċata tagħhom fl-[[Straġi ta' Portella della Ginestra|Istraġi ta' Portella della Ginestra]] (1 ta' Mejju 1947), kontra l-manifestanti Soċjalisti u Komunisti fi Piana degli Albanesi (Palermo), li fiha nqatlu 11-il ruħ u 27 spiċċaw feruti.
 
Il-grupp ta' Giuliano sfaxxa wara l-arresti li saru mill-pulizija u l-istess Salvatore Giuliano inqatel fl-1950 mil-logutinent tiegħu Gaspare Pisciotta, fuq ordni tal-kapijiet mafjużi li ma kellhomx iżjed bżonnu u għax kien jaf wisq fuq x'kien hemm wara l-Istraġi ta' Portella della Ginestra u fuq ir-rabtiet bejn il-mafja u l-politika. Iżjed tard Pisciotta ġie arrestat u miet avvelenat fil-ħabs tal-Ucciardone fl-1954 għax ried jikxef min kienu l-mandanti tal-Istraġi ta' Portella della Ginestra.
 
==Ħoloq esterni==