Mafja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 61:
Ma kinux ftit dawk l-Isqallin li saru ''banditi'' jew kriminali, oħrajn daħlu direttament fil-mafja u oħrajn ippruvaw jirriformaw il-faxxi jew daħlu fil-kunsilli Soċjalisti ta' Sqallija.
 
Kien f'din il-klima ta' tensjoni li l-[[Faxxiżmu]] għamel l-ewwel dehra tiegħu.
 
== L-Epoka Faxxista ==
 
Il-Faxxiżmu beda kampanja kontra l-mafja ta' Sqallija, wara l-ewwel żjara ta' [[Benito Mussolini|Mussolini]] fi Sqallija f'Mejju 1924. Fit-2 ta' Ġunju tal-istess sena ntbagħat fi Sqallija Cesare Mori, l-ewwel bħala Prefett ta' Trapani, u minn Ottubru 1925 ta' Palermo, imlaqqam ''il Prefetto di ferro'' (Il-Prefett tal-ħadid), bl-inkarigu li jeqred il-mafja bi kwalunkwe mezz.
 
L-azzjoni ta' Mori kienet qawwija u effikaċi. Ġew arrestati u kkundannati mijiet kbar ta' mafjużi. Jibqa' magħruf l-assedju ta' Gangi li fih Mori assedja għal erba' xhur iċ-ċentru tal-belt, meqjusa bħala waħda mill-akbar fortizzi tal-mafja. F'dan iż-żmien kien arrestat il-boss Vito Cascio Ferro.
 
Wara arresti kbar ta' mafjużi magħrufa, il-kapijiet ta' ''Cosa nostra'' ma ħassewhomx iktar sikuri u għażlu waħda minn żewġ toroq biex salvaw ġildhom: numru minnhom emigraw lejn l-[[Stati Uniti|Istati Uniti]], filwaqt li oħrajn baqa' moħbijin fi Sqallija.
 
Il-mezzi użati mill-Pulizija fil-ġlieda kontra l-mafja ġabu iktar sfiduċja fl-Isqallin fil-konfront tal-Istat. Madankollu Mori kien l-ewwel investigatur Taljan li wera li l-mafja tista' tiġi megħluba bi ġlieda li ma tħarisx lejn l-uċuħ, kif sostna iżjed tard [[Giovanni Falcone]].
 
==Ħoloq esterni==