Mafja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 52:
 
Sangiorgi, fuq din il-bażi, għamel ħafna arresti. Fil-lejl bejn is-27 u t-28 ta' April 1900 il-Kwestura arrestat ħafna mafjużi, fosthom Antonino Giammona. Lill-Prokura ta' Palermo, Sangiorgi bagħthilha rapport ta' 485 paġna li kien fih mappa tal-organizzazzjoni tal-mafja ta' Sqallija b'total ta' 280 "uomo d'onore". Il-proċess beda f'Mejju 1901 imma Siino irritratta għal kollox id-dikjarazzjonijiet li kien għamel qabel. Wara biss xahar, waslu l-kundanni fl-ewwel grad: 32 imputat biss instabu ħatja li waqqfu assoċjazzjoni kriminali, u billi diġà kienu qattgħu xi żmien fil-ħabs, l-għada ħafna minnhom inħelsu.
 
== L-Ewwel Gwerra Dinjija u l-Konsegwenzi tagħha ==
 
Fl-1915, l-Italja daħlet fil-[[L-Ewwel Gwerra Dinjija|Gwerra]] u mijiet ta' eluf ta' żgħażagħ Taljani nġabru bil-lieva. Fi Sqallija d-diżerturi kienu ħafna. Ħafna ħallew l-ibliet u marru jgħixu fil-makkja fl-intern tal-gżira, u tawha għas-serq. Minħabba nuqqas ta' ħaddiema fl-għelieqi u t-talba ta' iktar laħam għas-suldati, ħafna għelieqi spiċċaw f'mergħat għall-bhejjem. Dan żied ħafna l-influwenza ta' ''Cosa nostra'' fil-gżira kollha. Żdied is-serq tal-bhejjem, il-proprjetarji tal-art bdew ifittxu iktar l-appoġġ tal-mafjużi, milli l-awtoritajiet Statali li kienu bla saħħa, biex jiġu restitwiti lilhom il-bhejjem, imqar xi ftit minnhom. Il-boss tal-mafja kienu jimmedjaw bejn il-ħallelin u l-vittmi tas-serq, u jieħdu speċi ta' senserija.
 
Fi tmiem il-Gwerra, l-Italja għaddiet minn kriżi li setgħet spiċċat f'rivoluzzjoni popolari. Fin-nord il-ħaddiema strajkjaw u riedu kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol, u fis-sud iż-żgħażagħ kienu rrabjati li l-gvern ma żammx il-wegħdiet tiegħu, speċjalment fuq l-art għall-bdiewa.
 
Ma kinux ftit dawk l-Isqallin li saru ''banditi'' jew kriminali, oħrajn daħlu direttament fil-mafja u oħrajn ippruvaw jirriformaw il-faxxi jew daħlu fil-kunsilli Soċjalisti ta' Sqallija.
 
Kien f'din il-klima ta' tensjoni li l-Faxxiżmu għamel l-ewwel dehra tiegħu.
 
==Ħoloq esterni==