Mafja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 19:
Sa mill-1891 fi Sqallija kollha l-bdiewa bdew jingħaqdu f'faxxi (''fasci''), speċi ta' ''unions'' tal-bdiewa mmexxija mis-Soċjalisti tal-post, li bdew jitolbu għal kuntratti iktar ġusti u l-ġid ikun imqassam aħjar. Ma kinux movimenti rivoluzzjonarji fil-veru sens tal-kelma iżda xorta ġew kundannati mill-gvern ta' Ruma li fil-persuna ta' Crispi, fl-1893 bagħat l-eżerċtu biex jeqridhom bil-forza. Giuseppe de Felice Giuffrida, il-fundatur tal-''fasci siciliani'', kien proċessat u mitfugħ il-ħabs.
 
Qabel ma l-Faxxi nqerdu, il-mafja kienet ppruvat tinfilsa fihom in-nies tagħha, biex jekk dawn jirnexxu, hi ma titlifx il-privileġġi tagħhomtagħha. Iżda fl-istess ħin baqgħet tgħin lill-gabillotti biex hekk, jirbaħ min jirbaħ, hi dejjem se tkun minn fuq għax tidher bħala medjatriċi bejn iż-żewġ naħat.
 
Meta kien ċar li l-Istat kien se jdaħħal il-liġi marzjali, il-"Fratellanza", msejħa ukoll l-"Onorata Società" (kif kienet tissejjaħ ''Cosa nostra''), inqatgħet mill-Faxxi(li kienu għamlu minn kollox biex ma jħallux mafjużi jidħlu magħhom, u ħafna drabi rnexxielhom) u bdiet tgħin lill-gvern fir-ripressjoni tiegħu. Bħala "vendetta" kontra l-Faxxi, li ħaduha kontra s-setgħa tal-propjetarji kbar imsejħin ''latifondisti'', fl-1915 f'Corleone il-mafjużi qatlu lil Bernardino Verro, li kien fost l-aqwa mexxejja tal-Faxxi fis-snin disgħin tas-seklu dsatax.
Linja 25:
Il-Priministru Giolitti ippermetta li l-koperattivi jissellfu mill-banek u jinnegozjaw weħidhom, bla gabillotti, kuntratti diretti mal-proprjetarji tal-artijiet. Dan, flimkien ma' liġi elettorali ġdida li tat il-vot lill-irġiel kollha, wasslu mhux biss għar-rebħa ta' ħafna sindki [[Soċjaliżmu Demokratiku|Soċjalisti]] f'diversi bliet Sqallin, imma wkoll għat-tmien tal-irwol li kellha l-mafja fil-medjazzjoni għall-kuntratti.
 
Biex teqred il-periklu "aħmar", il-mafja kellha tingħaqad mal-[[Knisja Kattolika]] fi Sqallija, anke hi inkwetata bl-influwenza [[Komuniżmu|Komunista]] fost l-Isqallin. Għalhekk il-koperattivi Kattoliċi bdew iħallu mafjużi fosthom, bil-patt li dawn jagħmluha diffiċli għas-Soċjalisti. Fil-bidu tas-seklu għoxrin il-mafja bdiet toqtol lis-sindki, trejdjunjonisti, attivisti u bdiewa, l-importanti li jkunu Soċjalisti.
 
It-tema tal-art miċħuda lill-bdiewa baqħet waħda mir-raġunijiet ewlenin tal-battalja soċjali fi Sqallija sa wara t-[[tieni Gwerra Dinjija]].
 
== Ir-Rapport Sangiorgi ==
 
Ermanno Sangiorgi, intbagħat f'Palermo bħala Kwestur tal-Pulizija fl-1898 waqt li kienet għaddejja gwerra bejn il-mafjużi, li kienet ilha sejra sentejn. Meta kien qiegħed jindaga fuq id-delitti mwettqa mill-mafjużi ta' Conca d'Oro, Sangiorgi fehem li l-omiċidji ma kinux ġejjin minn inizjattivi individwali, iżda kienu ġejjin minn regoli u deċiżjonijiet kolleġjali, u sistema ta' kontroll tat-territorju. Sangiorgi skopra ukoll li l-iktar żewġ familji sinjuri ta' Palermo, Florio u Whitaker, kienu ħaġa waħda mal-mafjużi ta' Conca d'Oro, li kienu jqabbduhom bħala gwardjani u ''fattori'' fl-artijiet tagħhom u jħallsuhom biex joffrulhom "protezzjoni".
 
F'Ottobru 1899 Francesco Siino, kap tal-koska ta' Malaspina li ħelisha b'xortih fi sparatura min-nies ta' Antonino Giammona, kap tal-koska tal-Uditore, fil-kuntest ta' gwerra tal-mafja, kien issikkar minn Sangiorgi u stqarr li r-rival tiegħu Giammona kien qed jipprova jeħodlu r-''racket'' tan-negozju tal-lumi, tas-serq, tal-estorsjonijiet u l-falsifikazzjoni tal-flus. Sab ukoll li l-Conca d'Oro kienet maqsuma fi tmien gruppi (''cosche'') mafjużi:
 
1.Piana dei Colli,
 
2.Acquasanta,
 
3.Falde,
 
4.Malaspina,
 
5.Uditore,
 
6.Passo di Rigano,
 
7.Perpignano,
 
8.Olivuzza.
 
Sangiorgi, fuq din il-bażi, għamel ħafna arresti. Fil-lejl bejn is-27 u t-28 ta' April 1900 il-Kwestura arrestat ħafna mafjużi, fosthom Antonino Giammona. Lill-Prokura ta' Palermo, Sangiorgi bagħthilha rapport ta' 485 paġna li kien fih mappa tal-organizzazzjoni tal-mafja ta' Sqallija b'total ta' 280 "uomo d'onore". Il-proċess beda f'Mejju 1901 imma Siino irritratta għal kollox id-dikjarazzjonijiet li kien għamel qabel. Wara biss xahar, waslu l-kundanni fl-ewwel grad: 32 imputat biss instabu ħatja li waqqfu assoċjazzjoni kriminali, u billi diġà kienu qattgħu xi żmien fil-ħabs, l-għada ħafna minnhom inħelsu.
 
==Ħoloq esterni==