Mafja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
Il-Mafja hija organizzazzjoni kriminali terroristika oriġinatali bdiet fi [[Sqallija]] sa mill-bidu tas-seklu 19 u li fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin saret organizzazzjoni internazzjonali. Hija magħrufa ukoll bħala ''Cosa nostra'' (il-ħaġa tagħna).
 
== L-Oriġini ==
 
''Cosa nostra"'' bdiet fost il-klassi soċjali tal-''massari'', ''fattori'' u gabillotti, li kienkienu jieħdu ħsieb l-artijiet tan-nobbiltà ta' Sqallija, bl-hekk imsejħa ''braccianti'' li kienu jaħdmu fihom. ''Cosa nostra'' bdiet għax l-Istat ftit li xejn kien preżenti fit-territorju, u hekk ħadet ir-riedni hi f'idejha. Kienu nies vjolenti, li kienu jagħmlu ta' intermedjarji bejn il-proprjetarji fewdali u s-servi, u biex xogħolhom jagħmluhomjagħmluh aħjar ġabru magħhom persuni li jesegwixxu l-ordnijiet tagħhom, imsejħin ''scagnozzi''. Dawn il-gruppi malajr saru xi ħaġa permanenti u ħadu l-isem ta' "setet, konfraternitajiet, ''cosche'' (gruppi)".
 
L-ewwel dokument storiku li fih jissemma grupp mafjuż huwa fl-1837: il-prokuratorProkurator ġeneraliĠenerali ta' [[Trapani]], Pietro Calà Ulloa, jinforma lis-superjuri tiegħu f'[[Napli]] bl-attivitajiet ta' setet strambi imdaħħlin f'attività kriminali li kienu jikkorompu ukoll lill-impjegati pubbliċi. Fl-1863 [[Giuseppe Rizzotto]] kiteb flimkien ma' Gaspare Mosca, ''I mafiusi de la Vicaria'', opra teatrali bl-Isqalli ambjentata fil-''Grandi Prigioni'' ta' [[Palermo]]. Kien b'dan id-dramm li nqaleb għat-Taljan u kellu suċċess kbir, li l-kelma ''mafia'' saret kelma popolari mal-Italja kollha. Sa dak iż-żmien il-mafja kienet tidher bħala struttura 'il barra mill-Istat, iżda fl-istess ħin marbuta sew miegħu.
 
Il-mafja konplietkompliet tikber grazzi għal dak li ġara fi żmien l-Unità tal-[[Italja]] u wara, l-iktar minħabba l-kriżi ekonomika akuta li din ġabet fi Sqallija u fin-nofsinhar tal-Italja. L-Istat ma kienx qed jirnexxilu jkollu kontroll dirett u stabbli tat-tmexxija ta' Sqallija, li l-organizzazzjoni soċjali tagħha kienet ferm differenti minn dik tan-nord, u beda jħalli f'idejn il-gruppi mafjużi, li billi kienu jafu sew il-mekkaniżmi lokali, malajr ħadu post il-gvern ċentrali.
 
Wieħed mill-aktar proċessi famużi ta' dak iż-żmien seħħ fl-1885 kontra l-membri tal-"Fratellanza di Favara", grupp mafjuż f'[[Agrigento]] li kellu ritwal ta' inizzjazzjoni li jixbah lil tal-mażuni. Dawn kienu jniggżu s-suba' l-werrej tal-membri ġodda, iħallu marka tad-demm fuq santa, u jaħarqu s-santa filwaqt li l-mafjuż il-ġdid jirreċita formula ta' ġurament: ċerimojaċerimonja bħal din kienet tipika tal-gruppi mafjużi ta' Palermo, li ħafna mill-membri tal-"Fratellanza" kienu daħlu fihom fl-1879, meta spiċċaw il-ħabs flimkien ma' mafjużi Palermitani fil-ħabs ta' Ustica.
 
Fl-1893, wara d-delitt tal-Markiż Notarbartolo, l-eżistenza ta' ''Cosa nostra'' (u tar-rapporti tagħha mal-politika) saret magħrufa mal-Italja kollha.
Linja 17:
Minkejja li wara l-Unità tal-Italja suppost kienet intemmet il-ħakma fewdali, fi Sqallija l-bdiewa kienu għadhom jinħaqru qatigħ. Il-proprjetarji kbar tal-artijiet kienu jgħixu f'Palermo jew fi bliet kbar oħra u kienu jikru l-artijiet lill-gabillotti b'kuntratti għal żmien qasir, u dal-fatt kien iġiegħel lill-gabillott jisfrutta lill-bidwi. Biex ma jkollux rivolti mill-bdiewa u jkun jista' jaħdem aħjar, il-gabillott kien jaqbillu jingħaqad mal-mafjużi, li kienu jużaw il-poter tagħhom biex irażżnu lill-bdiewa u ukoll jużaw il-konoxxenzi li l-mafjużi kellhom f'Palermo, fejn kienu jiġu ffirmati ħafna mill-kuntratti tal-għelieqi.
 
Sa mill-1891 fi Sqallija kollha l-bdiewa bdew jingħaqdu f'faxxi (''fasci''), speċi ta' ''unions'' tal-bdiewa mmexxija mis-Soċjalisti tal-post, li bdew jitolbu għal kuntratti iktar ġusti u l-ġid ikun imqassam aħjar. Ma kinux movimenti rivoluzzjonarji fil-veru sens tal-kelma iżda xorta ġew kundannati mill-gvern ta' Ruma li fil-persuna ta' Crispi, fl-1893 bagħat l-eżerċtu biex jeqridhom bil-forza. Giuseppe de Felice Giuffrida, il-fundatur tal-''fasci siciliani'', kien proċesstproċessat u mitfugħ il-ħabs.
 
Qabel ma l-Faxxi nqerdu, il-mafja kienet ppruvat tinfilsa fihom in-nies tagħha, biex jekk dawn jirnexxu, hi ma titlifx il-privileġġi tagħhom. Iżda fl-istess ħin baqgħet tgħin lill-gabillotti biex hekk, jirbaħ min jirbaħ, hi dejjem se tkun minn fuq għax tidher bħala medjatriċi bejn iż-żewġ naħat.
 
Meta kien ċar li l-Istat kien se jdaħħal il-liġi marzjali, il-"Fratellanza", msejħa ukoll l-"Onorata Società" (kif kienet tissejjaħ ''Cosa nostra''), inqatgħet mill-Faxxi(li kienu għamlu minn kollox biex ma jħallux mafjużi jidħlu magħhom, u ħafna drabi rnexxielhom) u bdiet tgħin lill-gvern fir-ripressjoni tiegħu. Bħala "vendetta" kontra l-Faxxi, li ħaduha kontra s-setgħa tal-propjetarji kbar imsejħin ''latifondisti'', fl-1915 f'Corleone il-mafjużi qatlu lil Bernardino Verro, li kien fost l-aqwa mexxejja tal-Faxxi fis-snin disgħin tas-seklu dsatax.
 
Il-Priministru Giolitti ippermetta li l-koperattivi jissellfu mill-banek u jinnegozjaw weħidhom, bla gabillotti, kuntratti diretti mal-proprjetarji tal-artijiet. Dan, flimkien ma' liġi elettorali ġdida li tat il-vot lill-irġiel kollha, wasslu mhux biss għar-rebħa ta' ħafna sindki [[Soċjaliżmu Demokratiku|Soċjalisti]] f'diversi bliet Sqallin, imma wkoll għat-tmien tal-irwol li kellha l-mafja fil-medjazzjoni għall-kuntratti.
 
Biex teqred il-periklu "aħmar", il-mafja kellha tingħaqad mal-Knisja Kattolika fi Sqallija, anke hi inkwetata bl-influwenza [[Komuniżmu|Komunista]] fost l-Isqallin. Għalhekk il-koperattivi Kattoliċi bdew iħallu mafjużi fosthom, bil-patt li dawn jagħmluha diffiċli għas-Soċjalisti. Fil-bidu tas-seklu għoxrin il-mafja bdiet toqtol lis-sindki, trejdjunjonisti, attivisti u bdiewa, l-importanti li jkunu Soċjalisti.
 
It-tema tal-art miċħuda lill-bdiewa baqħet waħda mir-raġunijiet ewlenin tal-battalja soċjali fi Sqallija sa wara t-[[tieni Gwerra Dinjija]].
 
 
==Ħoloq esterni==