Nicolò Isouard: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 19:
Xi awturi jsostnu li meta l-Franċiżi kienu Malta (1798-1800), Isuoard kien segretarju tal-ġeneral Belgrand de Vaubois u li ltaqa’ ma’ l-pjanista Rigel għax dan kien mar Malta ma’ [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]]. Wara t-telfa tal-Franċiżi, Belgard ħa 'l Isouard miegħu Pariġi<ref name=class>[http://www.classical-composers.org/comp/isouard]</ref>.
 
Għall-ewwel sab diffikultà kbira biex jistabillixi ismu bħala kompożitur imma f’qasir żmien il-poplu in ġenerali aċċetta x-xogħol tiegħu fil-qasam mużikali u l-popolarità tiegħu kibret.
Il-kompożizzjonijiet tiegħu inkludew opri, kanzunetti, dwetti u xogħlijiet oħra bħal ''La Paix'', li kiteb għall-okkażjoni tat-Trattat ta’ Amiens. Bejn is-snin 1805 u 1817, il-popolarità ta’ Nicolò Isouard kienet fl-aqwa tagħha peress li x-xogħol tiegħu beda jindaqq fl-Opéra-Comique meta kiteb numru ta’ opri liriċi b'libretti bil-Franċiż, inklużi ''Cendrillon'', (opra fuq Cinderella, forsi l-aħjar biċċa mużika li kiteb), ''Jeannot et Colin'' u ''Joconde'' li għamlu suċċess kbir.