Nicolò Isouard: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 9:
Kontra x-xewqat ta’ missieru, Malta studja l-mużika taħt is-Surmast Don [[Michelangelo Vella]] (1715–1792) u s-Surmast [[Francesco Azzopardi]] (1745–1809), il-magħruf ‘Maestro di Cappella’. Dawn ikkonvinċew 'il missieru biex jibagħtu jkompli jistudja l-mużika Palermo. Hemm studja taħt Giuseppe Amendola u wara mar Napli fejn studja taħt Nicola Sala u Pietro Alessandro Guglielmi.
 
L-ewwel opra tiegħu ''Casaciello Persiguitato da un Mago'' ittellgħet fit-[[Teatru Manoel]] il-belt [[Valletta]] fl-1793. (Isouard kellu 18-il sena). It-tieni waħda, ''L’Avviso ai Maritati'', li ttellgħet Firenze fl-1794, ma tantx irnexxiet, imma t-tielet waħda ''Artaserse'', li saret f’Livorno sena wara fl-1795, għamlet suċċess ikbar.
 
Fuq talba tal-Gran Mastru ta' ltal-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni tal-Kavalieri ta' Malta]], De Rohan, Nicolò Isouard reġa’ lura Malta u l-Gran Mastru onorah billi għamlu Donat fl-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni]] u wara ħatru prim organista. Kompla jikkomponi aktar mużika imma l-maġġoranza kienet mużika sagra fuq versi tal-Gran Mastru De Rohan innifsu. Fl-1796 laħaq ‘Maestro di Cappella’ f'San Ġwann, il-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann|Knisja Konventwali]] tal-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni]] il-belt [[Valletta]]. Fl-istess sena żżewweġ 'l Partemia Dimech <ref>[http://www.maltagenealogy.com/libro%20d'Oro/santasofia.html]</ref>.
Bejn l-1794 sal-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta, Isouard ikkompona ħames opri, fosthom ''I Due Avari'', ''Rinaldo d’Asti'' u ''Il Barbiere di Siviglia''. Matul l-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta nħatar Kummissarju tat-[[Teatru Manoel]].