Ġan Anton Vassallo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
mNo edit summary
Linja 33:
Poema epika li tuża' l-ġrajja ta' sebgħin ilsir Malti Nisrani li jaħtfu ġifen [[Turkija|Tork]] wara ġlieda mat-Torok u jsalpaw lejn Malta. Dawn jagħmlu pellegrinaġġ lejn il-[[Mellieħa]] biex jirringrazzjaw lill-[[Madonna]]. Vassallo jigglorifika lill-Maltin u jipprova jnissel fiduċja fil-Maltin ta' żmienu u sens ta' nazzjonaliżmu billi jinqeda bil-ħakkiema u jgħid li ħabba fina l-Maltin huma ġabu l-glorja tagħhom. B'"Qalbenin dejjem aħna" huwa jgħaqqad il-preżent mal-imgħoddi u hekk iseddaq in-nazzjonalità tal-Maltin. Il-poema hija simbolu tal-ġrajja ta' Malta tul iż-żminijiet. Il-ġifen huwa l-gżira ta' Malta u l-ilsiera huma l-Insara Maltin. Ix-xewqa perpetwa tal-Maltin li jeħilsu mill-għadu mhux Nisrani. Importanti f'kull epika huwa l-intervent divin, f'dan il-każ bl-interċessjoni tal-Madonna. F'kull epika hemm eroj imma f' ''Il-Ġifen Tork'' mhuwiex bniedem wieħed iżda l-kotra, l-għaqda fost il-Maltin, li titqabad flimkien u titlob flimkien u tirbaħ flimkien kontra għadu qawwi.
 
Permezz ta' din il-poemapoeżija, Vassallo juri wkoll il-kapaċità tal-[[Lingwa Maltija|ilsien Malti]] li jogħla għal livelli għoljin.
 
Il-poema fiha 116-il sestina b'696 vers, miktuba bil-vers tal-ħdax. Irrimata. Vassallo juża kliem arkaiku. Hija mqassma fi tliet kanzunetti: