Karmenu Vassallo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 40:
Fl-1981 Vassallo bagħat lil Ġużè Cassar Pullicino 11-il poeżija bit-Taljan u tliet għanjiet bl-Ingliż - ''Adieu'' (1943), ''Victory'' (1944) meta t-[[Tieni Gwerra Dinjija]] kienet fl-epilogu tagħha, u ''Alone'' (1945) li kienet immużikata minn Joseph Abela Scolaro u ppubblikata fl-1957.
 
== Politika tal hqab ==
 
 
Vassallo kien ġie elett fil-Kunsill tal-Gvern f'isem il-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] u serva bejn Novembru tal-1945 u Settembru tal-1946. Kien president distrettwali tal-Partit Laburista (1945–47). Wara li Vassallo rtira mis-servizz fl-1968, ikkontesta bla suċċess l-elezzjonijiet ġenerali tal-1971, f'isem il-Partit Laburista. Vassallo kien ukoll membru tal-Bord taċ-Ċensuri, tal-Bord Industrijali u tal-Bord tal-Pubblikazzjonijiet.
 
Fuq il-kontribut politiku ta' Vassallo, [[Alfred Sant]] fl-1999 stqarr hekk: "Xi wħud preżenti hawn illejla forsi se jistagħġbu li m’inix nirreferi daqstant għall-kontribut politiku li ta Karmenu Vassallo, għall-impenn tiegħu favur Laburiżmu moderat u favur il-ġustiżżja soċjali. Kien hemm per eżempju l-elezzjoni tal-1971, fejn jintqal li kieku Vassallo ma ħariġx kandidat għall-Partit Laburista fis-Siġġiewi, kienu jintilfu l-voti. Effettivament, minħabba l-kandidatura ta’ Karmenu Vassallo, il-Partit Laburista seta’ jirkupra biżżejjed voti biex jirbaħ siġġu essenzjali għalih u b’hekk jifforma gvern. Minkejja dan kollu, apparti mill-fatt li ma naħsibx li Vassallo kien iqis il-politika bhala xi ħidma ewlenija għal ħajtu, għalija t-tifkiriet il-kbar li għandi huma tiegħu bhala kittieb. Hekk nippreferi nibqa’ naħseb dwaru … għax nemmen ukoll li fil-kitbiet tiegħu, Vassallo ta xhieda mhux biss tal-konflitti spiritwali li ġarrab, imma aktar minn hekk, ta xhieda tat-twemmin politiku tiegħu, mingħajr ma ndaħal fil-partiġġjaniżmu jew f’referenżi politiċi kontemporanji li mas-snin jitilfu t-tifsira tagħhom."