KV Mechelen: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 26:
 
Il-klabb jilbes flokkijiet sofor bl-istrixxi ħomor b'xorts u kalzetti suwed. Huma jilgħabu l-logħob f'darħom fl-[[Argosstadion Achter de Kazerne]], fejn Argos huwa l-isponsor tal-grawnd tagħhom u ''Achter de Kazerne'' tfisser ''Behind the Barracks''. Il-grawnd ġie msemmi hekk minħabba kwartieri użati biex ikunu viċin il-grawnd. Il-partitarji ta' KV Mechelen għandhom rivalità fit-tul ma' [[KRC Mechelen]].
 
== Storja ==
Il-klabb kien twaqqaf fl-1904, ftit xhur wara t-twelid tar-rivali [[KRC Mechelen]]. Il-klabb kellu l-ewwel perjodu ta' suċċess fl-1940ijiet. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1943, il-klabb rebaħ l-ewwel titlu domestiku tiegħu. It-tieni titolu wasal ftit snin wara, fl-1946, u fl-1948 il-klabb kien ta' suċċess mill-ġdid. Wara dan, il-klabb waqa lura. Fl-1954, huma rnexxielhom jispiċċaw it-tielet, punt wieħed biss wara ċ-ċampjins [[RSC Anderlecht]], iżda kien l-aħħar staġun tajjeb tagħhom. Sentejn wara, Mechelen ġew relegati għat-tieni diviżjoni. Matul is-60ijiet u s-70ijiet, Mechelen marru l-fuq u l isfel bejn l-ewwel u t-tieni diviżjoni.
 
Il-klabb gawda perjodu suċċessiv kemm domestiku u kemm Ewropew bejn is-snin 1987–1992. Matul dawn il-5 istaġuni, Mechelen rebħu kampjonat Belġjan u titolu tat-tazza Belġjana. Huma wkoll lestew it-tieni fil-kampjonat Belġjan darbtejn u tilfu l-finali tat-tazza Belġjana darbtejn. Wara li rebħu it-titolu tat-tazza domestika fl-1987, huma kkwalifikaw għat-Tazza tat-Tazez Ewropej, huma lestew il-kisba straordinarja billi rebħu dan it-turnew fl-1988. Mechelen huwa l-aħħar tim Belġjan li rebaħ trofew Ewropew.
 
KV Mechelen deher li kien fit-triq tiegħu li ssir wieħed mill-aqwa klabbs fil-Belġju, iżda malajr naqsu meta ċ-ċermen tagħhom Cordier (li ġab il-proprjetà tad-drittijiet għal ħafna plejers) kien imġiegħel biex ibiegħ ħafna plejers minħabba riżultati ħżiena tal-kumpanija tiegħu. Fl-10 ta' Ġunju 2007, it-tim kiseb il-promozzjoni għall-[[L-Ewwel Diviżjoni Belġjana|Ewwel Diviżjoni Belġjana]]. Sentejn wara fl-2009, KV Mechelen lagħbu l-finali tat-Tazza Belġjana, iżda sfortunatament tilfu 2–0 kontra [[KRC Genk]]. Sena wara dan, huma tilfu fis-semi finali bid-dro ta' 2–2 u 1–0 kontra [[KAA Gent]].
Wara suċċess li għamel fl-2010 u erba' staġuni għall-Mechelen, il-kowċ [[Peter Maes]] iddeċieda li jħalli u ffirmat kuntratt ta' erba' snin ma' [[Sporting Lokeren]]. Malinwa għamel ftehim ma' Marc Brys biex jieħu f'idejha il-kariga ta' Maes.
 
{{L-Ewwel Diviżjoni Belġjana}}