Joseph Muscat: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 133:
Jumejn wara ġie ffurmat il-[[Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2013|kabinett ta' gvern ġdid]], magħmul minn [[Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2013|14-il Ministru u 8 Segretarji Parlamentari]], wieħed mill-akbar kabinetti fl-istorja politika Maltija. F'dan il-Kabinett inħolqu żewġ Ministeri ġodda: dak għall-Affarijiet Ewropej, u l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili. Inħolqu 7 segretarjati parlamentari ġodda: dak għall-Ippjanar, dak għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Presidenza Ewropea 2017, dak għall-Kultura u Gvern Lokali, dak għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, dak għall-Agrikoltura s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, dak għall-kompetittivita' u t-Tkabbir Ekonomiku, dak għall-Anzjanita' Attiva u d-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilita', u dak għall-Ġustizzja.
 
Fl-ewwel xhur tal-Gvern, saru diversi ħatriet ġodda fosthom Kummissarju ġdid tal-Pulizija, Peter Paul Zammit. [[Franco Debono]] inħatar Kummissarju għal-Liġijiet, u [[Giovanni Bonello]] inħatar President tal-Kummissjoni għar-Riforma fil-Ġustizzja. Tonio Portughese sar iċ-Ċermen ġdid tal-PBS, ix-Xandir Pubbliku, u Reno Bugeja sar il-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet. Wara li nstabu serje ta' abbużi fil-ħabs, irriżenja d-Direttur tal-Ħabs.
 
Fl-elezzjonijiet każwali tal-Elezzjonijiet Ewropej li saru f'April 2013, il-Partit Laburista tella' l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew mara fl-istorja politika Maltija, [[Marlene Mizzi]], li kienet ċermen tas-Sea Malta, u ġabet kważi 24,000 vot.