Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta)"

Fil-każ tal-Alternattiva Demokratika (AD), din rat il-voti tagħha jiżdiedu b’1,696, minn 3,810 fl-2008 għal 5,506 fl-2013. Dan ifisser li bħala persentaġġ l-AD żiedet b’0.49%, minn 1.31% fl-2008 għal 1.8% fl-2013.
 
'''L-Ewwel Distrett'''
 
Fl-elezzjoni tal-2008, il-PL kien ġab 10,688 vot waqt li l-PN kiseb 10,586 vot biex bħala persentaġġi l-PL kien kiseb 49.7% u l-PN 49.3%.
Dan ifisser li waqt li l-PL żied 1,774 vot u tella l-persentaġġ b’5.2%, il-PN naqqas il-voti b’629 vot u l-persentaġġ b’5.4%.
 
'''It-Tieni Distrett'''
 
L-elezzjoni tal-2008 rat lill-PL jikseb 14,847 vot waqt li l-PN kiseb 7,110 vot biex bħala persentaġġi l-PL kien ġab 66.7% u l-PN 31.9%.
Dan juri li waqt li l-PL żied 1,465 vot u tella l-persentaġġ b’4.3%, il-PN naqqas il-voti b’737 vot u l-persentaġġ b’4.1%.
 
'''It-Tielet Distrett'''
 
Ħames snin qabel il-PL kien kiseb 14,237 vot u l-PN 8,135 vot biex bħala persentaġġi l-PL kien ġab 62.5% u l-PN 35.7%.
B’hekk, waqt li l-PL żied 1,813 vot u tella l-persentaġġ b’6%, il-PN naqqas il-voti b’1,110 vot u l-persentaġġ b’5.7%.
 
'''Ir-Raba’ Distrett'''
 
L-elezzjoni tal-2008 rat lill-PL jikseb 13,507 vot u l-PN 8,183 vot biex bħala persentaġġ il-PL kien ġab 61.5% u l-PN 37.3%.
Dan kien ifisser li waqt li l-PL żied il-voti b’1,816 vot u tella l-persentaġġ b’5.3%, il-PN naqqas il-voti b’829 vot u l-persentaġġ b’5.2%.
 
'''Il-Ħames Distrett'''
 
Waqt li fl-elezzjoni tal-2008 il-PL kiseb 13,571 vot u persentaġġ ta’ 60.3% fuq dan id-distrett, il-PN ġab 8,617 vot u persentaġġ ta’ 38.3%.
B’hekk, waqt li l-PL żied il-voti b’2,630 vot u l-persentaġġ b’6.6%, il-PN naqqas il-voti b’928 vot u l-persentaġġ b’6.5%.
 
'''Is-Sitt Distrett'''
 
Il-PL kien kiseb 12,090 vot u persentaġġ ta’ 53.6% mentri l-PN kien ġab 10,215 vot għal persentaġġ ta’ 45.3%.
Dan ir-riżultat ifisser li waqt li l-PL żied il-voti b’1,844 vot u l-persentaġġ b’5.7%, il-PN naqqas il-voti bi 885 vot u l-persentaġġ b’5.6%.
 
'''Is-Seba’ Distrett'''
 
Fl-elezzjoni ġenerali tal-2008, il-PL kien ġab 11,529 vot u persentaġġ ta’ 49.5% mentri l-PN ġab 10,887 vot għal persentaġġ ta’ 48.9%.
Dan ifisser li fuq perjodu ta’ ħames snin, il-PL żied il-voti b’2,276 vot u l-persentaġġ b’7%, il-PN naqqas il-voti bi 618 vot u l-persentaġġ b’6.9%.
 
'''It-Tmien Distrett'''
 
Ħames snin qabel il-PL kien ġab 9,309 vot u persentaġġ ta’ 41.4% mentri l-PN kien ġab 12,714 vot għal persentaġġ ta’ 56.5%.
B’hekk, il-PL żied il-voti b’2,041 vot u l-persentaġġ b’6.5% waqt li l-PN naqqas il-voti b’1,336 vot u l-persentaġġ b’6.9%.
 
'''Id-Disa’Disa' Distrett'''
 
Fl-2008, il-PL ġab 7,928 vot u persentaġġ ta’ 36.2% mentri l-PN kien ġab 13,388 vot għal persentaġġ ta’ 61.1%.
Dan ifisser li l-PL żied il-voti b’1,926 vot u l-persentaġġ b’6.6% waqt li l-PN naqqas il-voti b’979 vot u l-persentaġġ b’7.2%.
 
'''L-Għaxar Distrett'''
 
Fl-elezzjoni ġenerali tal-2008, il-PL ġab 7,390 vot u persentaġġ ta’ 33.9% bil-PN iġib 13,773 vot għal persentaġġ ta’ 63.2%.
Id-differenza tfisser li l-PL żied il-voti b’1,275 vot u l-persentaġġ b’5.4% waqt li l-PN naqqas il-voti b’1,111 vot u l-persentaġġ b’5.8%.
 
'''Il-Ħdax-il Distrett'''
 
Ħames snin qabel il-PL kiseb 8,209 vot u persentaġġ ta’ 35.7% mentri l-PN kiseb 14,090 vot u persentaġġ ta’ 61.3%.
B’dan il-mod il-PL żied il-voti b’2,195 vot u l-persentaġġ b’6.6% waqt li l-PN naqqas il-voti b’631 vot u l-persentaġġ b’6.5%.
 
'''It-Tnax-il Distrett'''
 
Waqt li fl-elezzjoni tal-2008, il-PL kiseb 8,418 vot u persentaġġ ta’ 39.1% mentri l-PN kiseb 12,629 vot u persentaġġ ta’ 58.6%.
B’dan il-mod il-PL żied il-voti b’2,444 vot u l-persentaġġ b’8.1% waqt li l-PN naqqas il-voti b’1,019 vot u l-persentaġġ b’8.1%.
 
'''It-Tlettax-il Distrett'''
 
Fl-elezzjoni ġenerali ta’ ħames snin qabel, il-PL irnexxielu jikseb 10,185 vot u persentaġġ ta’ 42.9% mentri l-PN ġab 13,141 vot u persentaġġ ta’ 55.3%.
14,183

modifiki