San Ġużepp: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 56 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q128267
Linja 44:
 
Id-devozzjoni lejn San Ġużepp hija mxerrda sew fil-gżejjer Maltin. Dan narawh fid-diversi knejjes li hawn iddedikati lil dan il-patrun, u d-diversi festi li jiġu ċċelebrati ad unur tiegħu. Il-knejjes prinċipali ddedikati lilu jinsabu fl-Imsida, fil-Manikata, l-Kalkara, fil-Qala Għawdex, f’Birkirkara, fil-Belt Valletta u fir-Rabat Malta. Kważi f’kull knisja f'Malta nsibu xi statwa, artal jew fratellanza li huma iddedikati li San Ġużepp.
 
Fir-Rabat insibu statwa Inkurunat magħrufa mir-Rabtin u l-Maltin bħala San Ġużepp ix-Xiħ għaliex hija l-eqdem xbieha f'dawn il-gżejjer. L-oriġini ta' din l-istatwa kienet bħala dekorazzjoni fuq xini tal-ordni ta' San Ġwann mall-Karrakka Sant' Anna. L-Istatwa ġiet regalata lil Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp mill-Ewwel Gran Mastru ta' Malta Philippe Villiers de L'Isle Adam. Maż-żmien kibret id-devozzjoni lejha. L-Istatwa ħarġet f'bosta pellegrinaġġ meta kien ikun hawn nuqqas ta' xita, li f'dan il-kas kienu iliebsuh Kapożża għaliex waqt jew wara l-pellegrinaġġ kienet tagħmel ix-xita. Meta Malta kellha il-mard tal-Pesta u l-Kolera il-poplu irrikorra bi ħġaru jitlob l-interċessjoni ta' San Ġużepp. Matul il-bidu tas-seklu 20 bdiet tinħass il-ħtieġa għall-Inkurunazzjoni tal-Vara Devota u Mirakoluża ta' San Ġużepp ix-Xiħ.
Il-proċess li wassal għall-Inkurunazzjoni tal-Vara ta' San Ġużepp:-
3 t’ April 1949: F’konsulta Ġenerali Strordinarja ta’ l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp, li saret fl-Oratorju tal-istess Fratellanza fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fir-Rabat tal-Imdina, ġie imħabbar mir-Rettur Mons. Dun Ġiuseppe Vassallo, biex tinħatar kummissjoni mill-istess Fratellanza, sabiex taħdem ħalli jkun jista jinkiseb il-permess meħtieġ mis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, biex l-istatwa antika ta’ San Ġużepp tiġi inkurunata. Din l-aħbar ġiet milqugħa b’akklamazzjoni kbira u b’ċapċip kbir mill-membri preżenti li kienu ilaħqu il-fuq minn mitejn ruħ. 1 ta’ Ġunju 1949: fl-laqgħa li kienet satet fl-Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Intaqet għall-ewwel darba l-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni biex din tagħmel it-talba tal-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp, tal-poplu tar-Rabat, tal-Imdina u tal-Poplu malti kollu biex tiġi inkurunata l-Istatwa ta’ San Ġużepp. 10 ta’ Diċembru 1949: fl-laqgħa li kienet satet fl-Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Ġie deċiż li għandha tintbgħat petizzjoni lill-Qdusija Tiegħu l-Papa mill- Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina f’ isem il-poplu malti iffirmata minn Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi. 10 ta’ Jannar 1950: fl-laqgħa li saret għall-membri tal-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni, Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Il-President tal-imsemmija Kummissjoni n-Nobbli Kavallier Alexander dei Marchesi Apap Bologna, stieden lir-Rev. Patri Mro. Benedetto Pirotta O.S.A.biex jaqra’ l-petizzjoni li kien ħejja, biex din warali ġiet iffirmata mill-membri tal-imsemmija Kummissjoni, intbgħatet lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti fuq rakkomandazzjoni ta’ Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi. Fil-fatt din il-petizzjoni ġiet mibgħuta fit-12 ta’ Jannar 1950. 30 ta’ Marzu 1950: fl-laqgħa li saret għall-membri tal-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni, Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Il-President tal-imsemmija Kummissjoni, qara l-ittra tat-18 ta’ Marzu 1950, maħruġa mis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti. Li ġiet mibgħuta lill-Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi, b’risposta għar-rikors li kienet għamlet l- Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp. Fejn fl-imsemmija ittra, il-Kongregazzjoni tar-Riti, ċaħdet it-talba ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Istatwa ta’ San Ġużepp. 30 ta’ November 1950: Reġa’ sar tentativ ieħor biex it-talba tal-Arċikonfraternitata’ San Ġużepp u tal-Poplu Malti; sabiex tiġi inkurunata l-istatwa ta’ San Ġużepp tiġi aċċettata mis-Sagra Kongregazzjini tar-Riti permezz tal-Wisq Rev. Patri Provinċjal Anġeliku Azzopardi O.F.M. flimkien mal-Mastru Ġenerali tal-istess Ordni, l-wisq Rev. Patri Pacifica Perantoni, bil-permess tal-Kummissjoni ta’ l-Inkurunazzjoni. 28 ta’ Diċembru 1950: fl-ittra maħruġa mis-sagra Kongregazzjoni tar-Riti, fid-data imsemmija reġet ċaħdet it-Talba tal-Inkurunazzjoni. 29 ta’ Mejju 1956:fl-laqgħa li saret għall-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni, inqara id-dokument fejn fih reġġet saret mill-ġdid it-talba lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, għall-Inkurunazzjoni ta’ l-istatwa ta’ San Ġużepp. Fejn nhar l-1 ta’ Ġunju 1956, l-imsemmi dokument (rikors)ġie ffirmat mill-membri tal-isemmija Kummissjoni u minn Mons. Arċisqof Gonzi. Wara dan id-dokument ġie mibgħut mill-Ministru Provinċjal tal-Minuri Patri Alfonfs Camilleri lill-Prokuratur Ġenerali tal-Ordni, l-Wisq Rev. Patri Ferdinando Antonelli (Konsultur Kwalifikat tal-Kongregazzjoni tar-Riti). Fejn dan id-dokument ġie preżentat lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti. Fil-Fatt ftit jiem wara l-Imsemmi rikors ġie aċċettat mill-istess Kongregazzjoni. 27 ta’ Lulju 1956: Ġewwa Castell Gandolfo l-Q.T l-Papa Piju XII, ħareġ id-Digriet tal-Inkurunazzjoni tal-Istatwa ta’ San Ġużepp. 3 ta’ Settembru 1956:il-Ministru Provinċjal l-Wisq Rev. Patri Alfons Camilleri O.F.M. irċiva l-aħbar mingħand il-Prokuratur Ġenerali l-Wisq Rev. Patri Ferdinando Antonelli O.F.M., li l-Kardinal Preffet tas-sagra Kongregazzjoni tar-Riti kien laqgħa t-talba biex l-istatwa ta’ San Ġużepp tiġi inkurunata. Wara t-talba ġiet moqrija quddiem is-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, biex imbgħad il-Papa ta l-approvazzjoni tiegħu u ħareġ id-Digriet taħt forma ta’ Brevi. 27 ta’ Settembru 1956: il-Ministru Provinċjal Patri Alfons Camilleri O.F.M. irċiva d-digriet “Brevi Appostoliku” mingħand il-qdusija Tiegħu l-Papa Piju XII, li bih l-istatwa ta’ San Ġużepp setgħet tiġi inkurunata. 7 t’ Ottubru 1956: fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fl-10 u kwart ta’ filgħodu il-wisq Rev. Patri Provinċjal Alfons Camilleri O.F.M. qara’ il-Brevi Appostoliku tal-Papa Piju XII, quddiem folla kbira ta’ nies li nġabret fil-Knisja u wara tkanta “Te Deum” b’ringrazzjament lil-Alla ta’ dan il-Privileġġ hekk kbir.
 
Nhar l-1 ta' Mejju 1963 l-Arċisqof Sir Mikiel Gonzi Inkuruna Solennament il-Vara ta' San Ġużepp b'żewġ kuruni ta' deheb fin u ħaġar prezjuz waħda fuq ras il-Bambin u l-oħra fuq ras San Ġużepp. L-Inkurunazzjoni saret fuq il-Fosos tal-Floriana quddiem folla numeruza ta' mitt elf ruħ.
 
 
=== Kappelli ddedikati lil San Ġużepp ===