Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2013: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Il-Kabinett immexxi mill-Priministru Joseph Muscat hu magħmul minn 14-il Ministru u 8 Segretarji Parlamentari. Il-Kabinett inħatar fit-13 ta' Marzu 2013. Dawn huma l-karigi ...
 
No edit summary
Linja 1:
Il-Kabinett immexxi mill-Priministru [[Joseph Muscat]] hu magħmul minn 14-il Ministru u 8 Segretarji Parlamentari. Il-Kabinett inħatar fit-13 ta' Marzu 2013. Minn dawn it-22 deputat, 9 biss minnhom kienu xi darba f'kabinetti preċedenti Laburisti. 8 Ministri ġodda kienet ukoll l-ewwel darba għalihom li ġew eletti fil-Parlament Malti, kif kienet ukoll l-ewwel darba għall-Priministru li kien ġie ko-optjat fl-2008 wara li sar mexxej tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]]. Il-kabinett fih żewġ nisa. L-iżgħar Ministru huwa Konrad Mizzi u l-iżgħar Segretarju Parlamentari huwa Ian Borg.
 
F'dan il-Kabinett inħolqu żewġ Ministeri ġodda: dak għall-Affarijiet Ewropej, u l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili. Inħolqu 7 segretarjati parlamentari ġodda: dak għall-Ippjanar, dak għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Presidenza Ewropea 2017, dak għall-Kultura u Gvern Lokali, dak għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, dak għall-Agrikoltura s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, dak għall-kompetittivita' u t-Tkabbir Ekonomiku, dak għall-Anzjanita' Attiva u d-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilita', u dak għall-Ġustizzja.
 
Dawn huma l-karigi fi ħdan il-kabinett: